Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 312

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/11/1996
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MARIO LUNGARO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RAGION FATTASI
Fil-Qosor
t estern li jispolja lil xi haddiehor minn haga li jkun qieghed igawdi, liema att ikun esegwi kontral-opposizzjoni, espressa jew prezunta, ta' dan il-haddiehor; (2) il-kredenza li l-att qieghed isirb'ezercizzju ta' dritt; (3) il-koxjenza fl-agent li hu qieghed jaghmel di privato braccio dak li jmissu jsir premezz ta' l-awtorita' pubblika (jew, fi kliem il-Crivellari la persuasione di fare da se'cio' che dovrebbe farsi reclamando l'opera del Magistrato; u (4) in-nuqqas ta' titolu li jirrendi l-fatt aktar gravi. Hu risaput - u dan, del resto, johrog mill-istess definizzjoni tar-reat in dizamina - li l-istess att materjali jista' jaghti lok ghar-reat ta' ragion fattasi jew ghal reat iehor (hsara volontarja, serq) u jekk ikunx hemm dana r-reat ta' ragion fattasi jew xi reat iehor ikun jiddependi mill-intenzjoni ta' l-agent. Hu rrilevanti jekk dina l-intenzjoni tikkwalifikax bhala intenzjoni specifika jew intenzjoni generika. Il-jedd jew dritt li wiehed jippretendi li ghandu jista' jkun derivat mid-dritt ta' haddiehor. L-impjegat li jaghmel xi haga biex jezercita dritt li jippretendi li ghandu inkwantu dak id-dritt inghatalu mill-principal tieghu jew jappartjeni lill-principal tieghu u qed jezercitah a non tieghu, jista ukoll jinstab hati taht l-artikolu 85 tal-Kodici Kriminalitaghna.Biex ikun hemm ir-reat ta' ragion fattasi jridu jikkonkorru l-elementi kollha tieghu u cjoe: (1) at




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni