Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 962

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/03/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
FRANK GULIA vs ANGELA SIVE JULIE AZZOPARDI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 805 TAL-KODICI CIVILI - EZEKUTUR TESTAMENTARJU - INVENTARJU - KORRUZZJONI - LEGAT "A LIMINE INTUS"
Fil-Qosor
Huwa veru li l-Qorti tista` tordna lill-ezekutur testamentarju li jaghmel l-inventarju tla-assi mholli mid-decujus, meta l-ezekutur ma jkunx gie dispensat li jaghmlu mill-persuni li lilhom ikunu ghaddew il-hwejjeg kolha mhollija mid-decujus, jew bicca minnhom. Imma meta ma jkunx hemm din id-dispensa, u l-ezekutur testametnarju, fuq ir-rikors li huwa jkun ghamel biex jigi konfermat fl-ezekutorja mill-Qorti ta` Gurisdizzjoni Volontarja, jigi orndat li jaghmel dak l-inventarju, dan l-ordni darba moghti ma jsitghax jithassar hlief b'ordni iehor tal-istess Qorti "contrario imperio" fuq talba tal-persuni kollha li lilhom ghaddew il-beni kollu, jew bicca minnhom; liema talba lill-Qorti ghal dak il-kontrordni da parti tal-imsemmija persuni, li gahndhom dritt jaghtu dik id-dispensa, trid issir qabel ma jigi format u publikat l-ivnetarju, cjoe` sa meta huma jistghu jezercitaw dak id-dritt; ghaliex, moghti dak l-ordni, u ezegwit bil-formazzjoni u publikazzjoni tal-inventarju, ebda dispensa ma tista` tingahta ghall-formazzjoni tieghu; b'mod li mhix korretta l-allegazzjoni tal-ezekutur testamentarju li dik id-dispensa tista` ssir f'kull zmien, anki wara li jkun gie format u publikat l-inventarju, billi l-interessati jirrinunzja ghalieh. Ghaldaqstant, ins egwitu ghal dak l-ordni, l-ezekuturtestamentarju huwa fl-obligu li jaghmel l-invetarju, u jekk l-ordni kien li huwa jiddeskrivi l-benikollha mhollija mid-decujus, kull wiehed mill-interessati ghandu nteress li dak l-inventarju jsir, uwkoll dak li jitlob il-korrezzjoni tal-inventarju jsir, u wkoll dak li jitlob il-korrezzjoni tal-inventarju li jkun sar jekk dan ma jkunx komplet; u mhix atendibbli l-allegazzjoni tal-ezekutur testamentarju fis-sens illi, jekk talvolta thallew barra xi sustanzi ereditarji meta hu ghamel l-inventarju, dawn is-sustanzi jiffurmaw parti minn legat "a limine intus", u li ghalhekk interess f'dik il-korrezzjoni ghax din tinteressa biss lill-persuna li favur taghha gie mholli dak il-legat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni