Referenza: Volum 43C (1959), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 418

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/11/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
GOUDER TANCRED, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Partijiet
CARMELO MALLIA vs DR. PAUL L BERNARD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RETRATT - TRATTAZZJONI - ZBALL
Fil-Qosor
t-transazzjoni ghandha zewg elementi partikolari li jikkaratterizzawha mill-kuntratti l-ohra. L-ewwel wiehed hu dak tad-dubbju, li minnu jridu johorgu l-partijiet billi jirrizolvuh huma stess minflokli jhallu d-decizjoni fuqu ghall-Qorti, it-tieni hu dak li l-pratici jsejhu l-"hinc inde remissum",cjoe' l-koncessjoni jew sagrificcju reciproku. Kwantu ghad-dubju, hu bizzejjed li d-dritt kontrovers ikun dubbjuz fil-hsieb tal-partijiet; huwa essenzjalment soggettiv, kif jezisti fl-animu tal-partijiet fil-mument tal-kuntratt. Ghaldaqstant, jekk wiehed jixtri fond u hadd iehor jirkuprahulu u jaghmillu kawza har-rivendizzjoni, u hu jeccepixxi fost affarjiet ohra illi l-irkupru mhux validu illil-irkupru mhux validu gax ezercitat fl-interess ta' hadd iehor li mhux ir-retraent u dik il-kawza tigi transatta fis-sens li x-xerrej jobliga ruhu li jaghmel ir-rivendizzjoni skond il-kondizzjonijietmiftiehma fit-transazzjoni ma jistax mbaghad dan jirrifjuta li jaghmel dik ir-rivendizzjoni billi jallega illi immedjatament wara li ffirma t-transazzjoni sar jaf pozittivament illi l-irkupru kien gie ezercitat ghal hadd iehor; u ma jistax mbghad dan jirrifjuta li jaghmel dik ir-rivendizzjoni billijallega illi immedjatament wara li ffirma t-transazzjoni sar jaf pozittivament illi l-irkupru kiengie ezercitat ghal hadd iehor; u ma jistax jimpunja dik it-transazzjoni minhabba zball jew qerq da parti tal-kontraent l-iehor, apparti l-verita jew le ta' din l-allegazzjoni. Hu ma jistax jippretendi li kien hemm fil-kaz dik l-ghamla ta' zball li skond il-ligi tannulla l-kunsens. It-transazzjonighar-rigward tal-kontraversja komposta biha, ghandha bejn il-partijiet l-effett ta' gudikat; u biextigi disturbata jehtieg li l-prova tan-nulliat' taghha jkunu certissimi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni