Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 658

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/03/1954
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
FRANK SPITERI ET vs ANTHONY SALIBA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART 1738 TAL-KODICI CIVILI - ASSOCJAZZJONI IN PARTICIPAZZJONI - LIKWIDAZZJONI - SOCJETA'
Fil-Qosor
L-assocjazzjoni fis-sens proprju hija r-raggruppament permanenti ta' persuni diretti ghall-konsegwiment ta' skop komuni. Is-socjeta' hija wahda mill-ispeci ta' l-assocjazzjoni, li fiha l-assocjati jqieghdu xi haga in komun sabiex jaqsmu l-qliegh li b'hekk jistghu jaghmlu. Dan l-iskop tar-ripartizzjoni tal-gwadann miksub in komun bl-impjieg ta' fond komuni jikkostitwixxi s-socjeta', u jikkonferiha l-karattru guridiku ta' socjeta', li ghandha personalita distintiva, patrimonju proprju, diritti udoveri, u li meta, l-attivita' ta' l-assocjati ghandha tizvolgi ruhha fl-ezercizzju tal-kummerc, hija kummercjali, mentri l-assocjazzjoni in participazzjoni hija dik l-assocjazzjoni bejn tnejn minnnies jew izjed li jinghaqdu biex jaghmlu spekulazzjoni kummercjali minghajr ma jikkostitwixxu fond komuni u awtonomu, u lanqas jiffurmaw kollettivament ta' persuni rikonoxxuta mill-ligi, u li hija ezenti mill-formalitajiet preskritti mill-ligi ghall-kostituzzjoni tas-socjetajiet l-ohra - formalitajiet li, meta ma jigux imharsa, jirrendu s-socjeta' irregolari, imma ma jgibux ghall-inezistenza tas-socjeta', meta din tkun tidderiva minn kuntratt fornit bir-rekwiziti essenzjali, li jista' jigi pruvat b'kull speci ta' prova. Meta bid-dawl ta' dawn il-principji l-prova juru li l-assocjazzjoni hijasocjeta', ghalkemm irregolari, l-assocjati jistghu jitolbu x-xoljiment ta' l-assocjazzjoni u l-likwidazzjoni u ripartizzjoni ta' l-interessi komuni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni