Reference: Volume 44D (1960), Part No. 3, Section , Page 773

Judgement Details


Date
07/07/1960
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
ANTONIO CARUANA ET. vs JOSEPH DEBONO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
SOCJETA' - STRALC
Summary
Ghalkemm, skond id-dottrina u l-gurisprudenza, ix-xoljiment ta' socjeta' ma jipproducix, kif rigorozament imissu jipproduci, biss stat ta' komunjoni ta' nteressi bejn is-soci, u ta' semplici komproprjeta' fuq il-beni li jiffurmaw il-patrimonju socjali, l-istess socjeta' dixxjolta hi trattata bhala persuna morali; izda ghandha tigi hekk trattata biss ghall-finijiet u ghad-durata tal-istralc. U hekk il-kumpannija ma tissussistix aktar ghall-futur, imma tibqa' hajja unikament biex tizviluppa u tittermina l-affarijiet ga ntrapprizi. L-istralc hu dak il-perijodu transitorju mehtieg appuntu ghad-determinazzjoni tal-attiv b'serje ta' operazzjonijiet intizi biex jillikwidaw l-affarijiet u biex jigu rizoluti l-vertenzi pendenti. L-istralcjarju hu l-mandatarju maghzul mis-soci, jew mill-Qorti, biex igib ghat-terminu l-operazzjonijiet in korso, jezigi l-krediti u jestingwi l-passivitajiet, u hekk jikkjarixxi l-affarijiet tas-socjeta', biex jasal ghal rizultat cert li juri jekk hemmx attiv x'jinqasam jew passiv li ghandu jigi sopportat. Hu ma jistghax jaghti hajja ghal operazzjonijiet godda;ghaliex appuntu l-funzjoni tieghu hi dik li jillikwida l-affarijiet ga mibdijin, u ghaldaqstant ghal hekk biss ghandu jigi limitat l-inkariku tieghu. Ghaldaqstant, fil-likwidazzjoni tas-socjeta' ghandhom jigu komprizi biss l-operazzjonijiet li kienu ga bdew u kienu ghadhom in korso fid-data tax-xoljiment tas-socjeta' u gew terminati wara.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info