Reference: Volume 44D (1960), Part No. 4, Section , Page 792

Judgement Details


Date
30/01/1960
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs HENRY JONES
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 659(3) U (5) TAL-KAP.12 - CITAZZJONI - INGURJA - MEETING - NULLITA' - OKKJU TAL-KAWZA - SENTENZA
Summary
Il-fatt li f'kawza ta' ingurja ad istanza privata is-sentenza tal-Magistrat tigi ndikata bl-isem tal-Pulizija kontra l-Kwerelat, u mhux tal-Kwerelant kontra l-Kwerelat, ma jikkostitwix vjolazzjoni ta'formalita' sostanzjali li ggib in-nullita' tas-sentenza. Hu deziderabbli u sommament rakkomandabbli li f'kawza ad istanza privata l-okkju jkun jikkonsisti fl-isem tal-partijiet, kwerelant u kwerelat; imma b'daqshekk mhix attendibbli l-eccezzjoni li s-sentenza hija nulla ghax ikun hemm dan l-izball fl-okkju. Hu veru li fil-kawzi kriminali inferjuri c-citazzjoni hi biss ordni ta' komparizzjoni,jew mod ta' prezentazzjoni tal-imputat quddiem l-Awtorita' Gudizzjarja; hu veru wkoll li l-enuncjazzjoni li fiha c-citazzjoni ma tikkostitwix il-bazi assoluta tal-inkriminazzjoni u ghalhekk il-Qorti tista' tikkonvinci l-hati ta' reat diversi li jirrizulta mill-provi, salv, fic-cirkustanti kongruwi,l-ghoti ta' differiment; imma meta hemm il-kwerela, u meta din ma tkunx semplicement li l-kwerelatingurja lill-kwerelant bi kliem li joffendu l-unur u r-riputazzjoni tal-kwerelant, imma tispecifika"verbatim" il-kliem inkriminat, allura l-kwerelant hu marbut b'dawk il-kliem bhala bazi tal-inkriminazzjoni, u l-Qorti ghandha tiehu unikament dawk il-kliem bhala bazi tal-imputazzjoni, u mhux ohrajn.Dan, pero', ma jipprekludix lill-Qorti ghandha tiehu unikament dawk il-kliem bhala bazi tal-imputazzjoni, u mhux ohrajn. Dan, pero', ma jipprekludix lill-Qorti illi, sabiex tiggudika l-portata tal-imputazzjoni kontenuta f'dawk il-kliem, tqies anki kliem ingurjuz iehor profferit mill-kwerelat; izda semplicement in linea ta' nterpretazzjoni tal-kliem specifikatament dedott. In teorija hu korrettilli, meta l-ingurja hija rivolta ghal certi persuni appartenenti ghal certa klassi jew kategorijata' nies, mhux applikabbli l-principju li kull wiehed minn dawk il-persuni jista' jazzjona lill-persuna li pprofferiet il-kliem ingurjuz; imma meta l-ingurja hi rivolta kontra klassi ta' persuni li minhabba xi element komuni jkun identifikabbli b'mod mhux dubbjuz, u tkun hekk diretta kontra ikoll komplessivament, allura kull wiehed minnhom jista' jazzjona, ghaliex ikun hemm allura r-rekwizit tad-determinatezza personali. Ghall-kuntrarju, jekk l-ingurja tkun rivolta kontra xi uhud minnhom biss indeterminatament, bla identifikazzjoni individwali, allura ebda wiehed minnhom ma jista' jazzjona, ghaliex jonqos appuntu l-element tad-determinatezza personali, u wiehed ma jkunx jaf ghal liema minndik il-klassi kollettiva qed jalludi min qal il-kliem inkriminati. Izda, meta wiehed jigi biex japplika dawn l-insenjamenti ghall-kaz partikulari, wiehed ghandu joqghod attent li jezamina dak kollu li nghad u c-cirkustanzi kollha konkomitanti; ghaliex jista' jkun illi kelma apparentement limitattiva, meta tkun meqjusa fil-kontest tad-diskors kollu u c-cirkustanzi kollha, titlef l-effett taghha limitattiv u tibqa', minflok, ir-riferenza generali u llimitata. Il-fatt li l-kliem ingurjuz intqalf'meeting publiku ma jiswiex lill-kwerelat; ghaliex ebda pozizzjoni privileggjata ma taghti l-ligi taghna lil min jaghmel diskorsi f'meetings aktar milli tirrikonoxxi lil persuni ohra f'cirkustanzi diversi, u tapplika ghalihom ir-regoli generali tal-imputabbilita'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info