Reference: Volume 44D (1960), Part No. 4, Section , Page 829

Judgement Details


Date
05/03/1960
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs CARMEL CASCUN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"TALKIES" - G.N.430/1937 U 349/1953 - PROVA - RESPONSABBILTA' TAT-TITOLARI TAL-LICENZA
Summary
Ir-responsabbilta' kriminali tat-titolari tal-licenza ta' cinematografu ghandha tigi gudikata in bazi ghal dak il-fatt; u ftit jimporta li l-licenza qeghdha f'ismu bhala segretarju tal-kazin fejn hu kalkolat it-"talkies". Bhala tali, huwa responsabbli ghall-osservanza tar-regolamenti relattivi, fosthom dak li jirregola l-ammissjoni tat-tfal, billi dawn ma jithallewx jidhlu ghax"show" ta' pellikoli li huma klassifikati bhala mhux tajbin ghall-eta' taghhom. Din hi responsabbilita' personali u diretta tal-licenzjarju; pero' mhix assoluta, b'mod illi hu jista' jipprova ghas-sodisfazzjon tal-Qorti li hu kellu ragun jahseb avut rigward ghac-cirkustanzi tal-kaz li l-persuni li dahlu jaraw il"film" kellhom l-eta' rijesta. Liema prova tmiss lilu; u jekk ma jaghmelx din il-prova, hu jibqa' kolpitmill-prezunzjoni ta' htija li fuqu titfa l-ligi. Ghall-finijiet ta' dil-prova ma jiswielux il-fattli hu jkun qabad persuna ohra u halla f'idejha l-inkombenza tal-osservanza tal-ligi dwar id-dhul fic-cinematorgrafu; imma hu logiku li hu ghandu jkun ammess jipprova li l-persuna li qabbad bhala "agent or servanr" kellha ragunijiet biex tahseb li l-persuna li dahlu ghax-"show" kellhom l-eta' rikjesta. Jekk hu jilhaq din il-prova, hu jkun xjolt minn din ir-responsabbilta'. Mhux ta' valur il-fattli fil-lokal hu affiss avviz dwar l-eta'; ghaliex dak l-avviz mhux xi haga li ghandha l-meritu tal-ispontanetta, imma huwa ezekuzzjoni ta' dak li tippreskrivi l-istess ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info