Reference: Volume 44D (1960), Part No. 2, Section , Page 717

Judgement Details


Date
10/11/1960
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
JOSEPH CASSAR vs GUSTAVO PISANI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI - EZEKUZZJONI TAS-SENTENZA - MANDAT TA` INIBIZZJONI - OBLIGAZZJONI "DI FARE" - TRANSAZZJONI
Summary
Citazzjoni fejn l-attur jitlob il-kundanna tal-konvenut biex jezegwixxi l-obligi minnu assunti fi skrittura ta' transazzjoni, ghax ma ghamel xejn minn dak li obliga ruhu li jaghmel, hija cara bizzejjed; u ma ghamelx hazin l-attur meta fic-citazzjoni huwa adopera lokuzzjoni komprensiva u riferibbli ghall-iskrittura kollha; u mhix attendibbli l-obbjezzjoni tal-konvenut fis-sens li l-attur messu jsemmi l-obligi li kien assuma l-konvenut. Lanqas ma hija attendibbli l-eccezzjoni illi s-sentenza li tinghata fuq dik id-domanda ma tkunx tista' tigi ezegwita, ghaliex si tratta ta' obligazzjoni "di fare", li l-adempiment taghha hu dovut qabel xejn minn min ikun assuma l-obligazzjoni; u ghalhekk il-kreditur ghandu qabel kollox jezigi li l-adempiment isir mid-debitur tal-obligazzjoni. Jekk mbghad id-debitur ma jobdix il-kundanna, il-kreditur jista', jew jikkostringi lid-debitur ghall-ezekuzzjoni per mezz tal-mandat "in factum", jew jitlob il-Qorti tawtorizzah jezegwiha huwa nnifsu bi spejjez tad-debitur; u jekk il-kreditur ma jitlobx fl-istess gudizzju ebda wiehed minn dawk iz-zewg rimedji, dan ma jwassalx ghall-inezegwibbilita' tas-sentenza, u ma hemm xejn fil-ligi li zzommu milli jitlob ir-rimedju f'gudizzju separat. Jekk l-attur ikun talab li l-konvenut jigi kundannat li ma jkomplix jostakolah milli da parti tieghu jezegwixxi l-obligazzjonijiet li huwa jkun assuma f'dik l-iskritturatat-transazzjoni, that il-komminazzjonijeit legali, anki f'dan ir-rigward ma jistghax jinghad li s-sentenza li tigi moghtija ma tkunx passibbli ta' ezekuzzjoni; ghaliex il-komminazzjonijiet tal-ligijistghu jirrizolvu ruhhom, fost hwejjeg ohra, f'mandat ta' inibizzjoni skond il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info