Referenza: Volum 44D (1960), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 897

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/05/1960
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CAPTAIN ARTHUR PODESTA'
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
G.N. 206/1934 - GURISDIZZJONI TERRITORJALI - KANNIZZATI - KONTRAVVENZJONI - LICENZA - SAJD
Fil-Qosor
Hu veru bhala dritt Internazzjonali Publiku, illi "stricto jure" il-gurisdizzjoni territorjali ta' Stat tispicca bil-"low water marks'. fejn jibdew il-"high seas" u illi cjo' non ostante gie rikonoxxut li Stat jista' jestendi l-gurisdizzjoni tieghu anki fuq il-bahar adjacenti sa tliet mili ("marineleagues"). Fuq din il-bicca adjacenti ta' bahar li Stat ghandu wkoll gurisdizzjonivis-vis Stati ohra; oltre dawk il-limiti, cjoe' fuq il-high seas", in-nazzjonijiet kollha ghandhom drittijiet ugwaliu ebda stat ma jista' per regola jippretendi li jezercita d-dominju tiehu eskluziv fuq il-"high seas". Din hi dottrina tal-"freedom of the high seas" li minnha jigi li d-dritt tal-peska, per regolahu liberu fuq il-"high seas". Imma dan jinghad dejjem bejn Stat u Stat; u mhux ukoll meta si trattabejn individwu li hu suggett ghall-ligi ta' Malta u dik il-ligi. Mill-principju tal-liberta' tal-"high seas" jigi illi d-dritt li wiehed jistad fihom huwa ta' kulhadd, u hu suggett biss ghar-restrizzjonijiet jew regolamenti fil-kaz ta' individwu bis-sahha ta' ligi tal-Istat li tieghu huwa cittadin. GHaldaqstant, jek wiehed ghandu licenza biex jistad u jqieghed il-kannizzati ghas-sajd ma jistaxbniedem iehor jistad fil-vicinanzi ta' dawk il-kannizzati f'distanza preskritta mill-istess licenza,minghajr ma jikkommetti reat skond il-ligi lokali. Lanqas jista' l-imputat isostni illi l-licenzagiet moghtija lil dik il-persuna l-ohra meta din ma kienetx "a buona fide fisherman", ghax l-ghotita' licenza simili hu mholli fid-diskrezzjoni tal-Kontrollur tas-Said, li hija insindakabbli mill-Qrati, sakemm ma tkunx "legi, fidei, rationi non consana". Dan ir-reat ta' min jistad fiz-zona allokata lil persuna ohra fil-licenza ghas-sajd fuq il-bahar, hi kontravvenzjoni, u ghalhekk ma hemmx bzonn affattu li l-imputat ikun mar bil-hsieb li jivvjola l-koncessjoni peskereccja moghtija lil hadd iehor, imma hu bizzejjed li hu mar jistad minn jeddu u ma bbadax jekk imurx fuq xi kannizzata ta' haddiehor jew le.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni