Reference: Volume 32F (1946), Part No. 4, Section 2, Page 1037

Judgement Details


Date
29/10/1946
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs JOSEPH FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"IMPIOUS ARTICLES" - "MENS REA" - ART. 28 TA' L-ATT DWAR L-UFFICCJU TAL-POSTA (KAP. 85) - ART. 7 TAL-KODICI KRIMINALI - DELITT - EDIZZJONI RIVEDUTA TAL-LIGIJIET TA' MALTA - KONTRAVVENZJONI - PRESKRIZZJONI - REAT TA' MIN JIBGHAT BIL-POSTA ARTIKOLU INDECENTI, OXXENI, JEW EMPJI
Summary
Il-kriterju adottat mill-legislatur malti biex jigi stabbilit liema preskrizzjoni hija applikabili ghall-azzjoni kriminali huwa dak tal-piena li ghalih huwa suggett ir-reat li jkun. Kriterji ohra, ghalkemm teorikament huma aktar precizi, fil-prattika pero' jgibu konfuzjoni. Ghaldaqstant il-preskrizzjoni ta' l-azzjoni kriminali kontra min jirrendi ruhu hati tar-reat kontemplat fl-art. 28 ta' l-Att dwar l-Ufficcju tal-Posta (Kap. 85) mhijiex dik ta' tliet xhur preskritta ghall-kontravvenzjonijiet, imma dik ta' sentejn preskritta ghar-reati; ghaliex l-Att fuq imsemmi ghal dak ir-reat jippreskrivi l-pieni tad-delitti, u mhux tal-kontravvenzjonijiet, u ghalhekk jikkunsidrah bhala delitt. Il-ligijiet inkorporati fl-Edizzjoni Riveduta tal-Ligijiet ta' Malta ghadhom dawk stess li kienu qabel, ubdew isehhu mill-jum tar-rispettiva promulgazzjoni ta' l-Edizzjoni Riveduta. Ghalhekk mhix sostenibili l-allegazzjoni illi d-dispozizzjonijiet kontenuti f'dik l-Edizzjoni ma humiex applikabili ghal-reat li gew kommessi qabel ma giet promulgata dik l-Edizzjoni Riveduta. L-imsemmi art. 28 tal-Kap.85 jikkontempla r-reat ta' min jibghat bil-posta kotba, stampi, kitba, u kull xorta ta' artikoli jewoggetti li huma "indecent, obscene or impious". Il-kelma "impious" fil-materja hija ekwipollenti ghall-kelma "blasphemous". Biex il-ktieb jew artikolu nkriminat jista' jitqies bhala "impious", mhuxbizzejjed li jkun fih u jesprimi veduti kontra xi religjon partikulari, u, hawn Malta, mhux bizzejjed li jesprimi veduti anti kattolici; imma hemm bzonn illi dawk il-veduti jkunu espressi bi kliem offensiv li jissorpassa l-limiti tal-kontroversja decenti u li jwagga' s-sentimenti religjuzi ta' haddiehor. Il-fatt biss li l-materja nkriminata jkun fiha erruri dommatici u sentimenti anti-kattolicima jirrendix "impious" dik il-materja, u kwindi ma jirrendix possibili ta' dan ir-reat lil min jibghat bil-posta dik il-materja. Min jibghat bil-posta materja simili ma jistax jallega li ma kellux "mens rea", billi jghid illi huwa ma kellux il-hsieb li jqarraq lil hadd iehor, jew li huwa baghat l-artikolu nkriminat lill-persuni kolti u mhux ta' ftit edukazzjoni; ghax la darba dak l-artikolu jikkontjeni espressjonijiet li jeccedu l-limiti tad-decenza fil-kontroversji u joffendi s-sentimenti religjuzi ta' hadd iehor, ghandu jigi ritenut li snin baghat bil-posta dik il-materja ried fil-fatt joffendi dawk is-sentimenti religjuzi; jigifieri ried dak li huwa l-effett naturali ta' l-att li huwa ried u ghamel volontarjament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info