Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section , Page 336

Judgement Details


Date
05/08/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., GOUDER TANCRED, CAMILLERI ALBERT V.
Parties
GIACOMO GALEA vs PIO BESSINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 876 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - DIGRIET - ESTREMI - IMPUNJAZZJONI - MANDAT TA` INIBIZZJONI - PROCEDURA
Summary
Hemm tliet kategoriji ta' digrieti; dawk definitivi, dawk interlokutorji, u dawk li la huma definitivi u lanqas interlokutorji, bhalma huma whud minn dawk kamerali. U min irid jimpunja digriet minn dawk ta' din it-tielet kategorija, ghandu jaghmel hekk, mhux b'rikors, imma per mezz ta' citazzjoni fil-kontestazzjoni tal-kontroparti quddiem il-Qorti li tkun emanat id-digriet. Fil-kliem tal-ligi, l-iskop tal-mandat ta' inibizzjoni hu dak li jzomm persuna milli tibda jew tissokta tibni bini jew xoghol iehor, inkella milli tibda jew taghmel tibdil f'bini jew f'xoghol iehor, jew li jzomm persuna milli tidhol f'fond jew lok, jew li taghmel xi haga li tista' tkun ta' hsara lill-parti li titlob il-hrug tal-mandat; u l-Qorti ma ghandhiex tohrog dan il-mandat jekk ma tkunx sodisfatta li dan il-mandat hu mehtieg biex jitharsu l-jeddijiet tar-rikorrenti, u li dan ir-rikorrent "prima facie" jidher li ghandu dan id-dritt. Ghalhekk l-elementi li ghandhom jikkonkorru biex ikun jista' jigi spedit il-mandat ta' inibizzjoni huma tlieta: l-ewwel ir-rikorrenza ta' wiehed mill-fatti fuq enumerati enuncjati fil-ligi; it-tieni li jkun jidher "prima facie" li min jitlob il-hrug tal-mandat ghandu d-drittli jimpedixxi li ssir dik il-haga li biha tista' tigi arrekata lilu hsara jew molestja; u t-tielet,li l-mandat ikun necessarju biex jigi konservat dak id-dritt tar-rikorrent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info