Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/01/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GIUSEPPE CUTAJAR vs MARIO BLACKMAN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1494, 370 U 369 TAL-KODICI CIVILI - FRUTTI CIVILI - LOKAZZJONI - RETRATT - RIGAL
Fil-Qosor
L-enumerazzjoni li l-ligi taghti tal-frutti civili ma hix tassativa, imma semplicement enumerativa.Rigal li jircievi sid il-fond fl-okkazjoni ta' kirja li huwa jaghmel ta' dak il-fond, bhala parti mill-korrispettiv tal-kirja flimkien mal-kera, ghandu jigi kunsidrat bhala frott civili. Ghaldaqstant, jekk wiehed jakkwista fond u mbaghad jikrieh, u flimkien mal-kera jiehu rigal, u wara dak il-fondjirkuprawhulu u huwa jirrikonoxxi l-irkupru u jirrivendieh lir-retraent, huwa ghandu dritt izomm dak ir-rigal jekk huwa jaghzel li jzomm il-frutti minflok li jiehu l-interessi. Imma l-frutti civilijigu konteggjati "dietim", u r-retrattarju ma jistax izomm dawk il-frutti li jiskadu wara li jkun gie notifikat bic-cedola ta' l-irkupru u depozitu. Ghaldaqstant ir-rigal ghandu jigi ripartit "dietim" skond id-durata tal-lokazzjoni li in konsiderazzjoni taghha jkun thallas dak ir-rigal, u r-retrattarju li jkun ghazel li jzomm il-frutti ghandu jirrifondi lir-retraent parti minn dak ir-ragel, korrispondenti ghaz-zmien li jkun baqa' minn meta saret in-notifika ta' l-irkupru u tad-depozitu sa tmieniz-zmien miftiehem ghal-lokazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni