Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section , Page 21

Judgement Details


Date
29/01/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
STELLA BRIFFA ET vs CATERINA SCICLUNA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"PETITIO HACREDITATIS" - ART. 895 TAL-KAP.23 - EREDITA' - LEGAT - PRESKRIZZJONI - PROVA - PUSSESS
Summary
Il-preskrizzjoni decennalili tolqot la-zzjoni maghrufa bhala "petito hacreditatis", biex jintalba wirtm jew legat, jew sehem tal-beni ta` l-ligi taghti lit-tfal jew lill-konjugi, tant fis-successjoni.... kemm f'dik intestata, hija preskrizzjoni akkwizitiva; u dan mhix biss fir-rapporti bejn il-koeredi, ima anki fil-kofnront tal-legatarji u ta` dawk l-ohra li ghandhom dawk id-drittijiet. Ghaldaqstant, barra mill-element passiv taz-zmien, hemm bzonn li jigi pruvat anki l-element attiv tal-pussess. U dan il-pussess irid ikun mhux sempliciment kazwali, izda jrid ikun pussess formali, jigifieri kapaci li jiggenera u jikkostitwixxi d-dritt tal-proprjeta `. Konsegwentement dak il-pussess ghandujkun reali, u mhux bizzejjed il-pussess "di diritto". Meta si tratta ta` legat, ghalhekk, mhux bizzejjed illi l-legatarju jibqa` incerti ghaz-zmien rikjest mil-ligi biex jintilef id-dritt ghal-legat,imma hemm bzonn li l-uzurpatur ikun jippossjedi l-haga abbandunata mill-proprjetarju, u li jkun jippossjediha "animo domini". Il-pussess ta` l-uzurpatur irid ikun, ghalhekk, kontinwu, mhux interott,pacifiku, publiku, u mhuc ekwivoku, ghaz-zmien kollu li tghid il-ligi, kif ukoll ""animo domini".Dan il-pussess ghandu jigi pruvat b'mod infrangibili, tant ghar-rigward tal-fatt tal-pussess fih innifsu, kemm ukoll tal-kwalitajiet jew karattri li jrid ikollu l-pussess; u din il-prova tinkombi lilmin jallega l-preskrizzjoni. Il-pusses srelai li jehtieg ghal dinil-preskrizzjoni hemm bzonn lijkuntal-haga in disputa, u mhux ta` hwejjeg ohra, sija pure ta` l-istess eredita`.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info