Reference: Volume 34B (1950), Part No. 2, Section , Page 430

Judgement Details


Date
11/01/1950
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
RICHARD RIZZO BAMBER NE. vs GIUSEPPINA RIZZO NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AKKWIST TA' IMMOBILI FL-INTERESS TA' HADDIEHOR - ART. 1277, 1959 (2) U 1965 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - MANDAT
Summary
L-akkwist ta' immobili fl-interess ta' hadd iehor jiswa, avvolja l-ftehim dwar dan l-akkwist isem l-akkwirent u l-persuna l-ohra ma jkunx sar bil-miktub. Ghax bejn dawk it-tnejn min-nies ma kienx hemm rapport guridiku ta' bejgh jew ta' promessa ta' bejgh, imma rapport ta' mandat sabiex il-mandatorju jakkwista l-immobili ghall-mandant; u l-mandat jista' jinghata mhux biss bil-miktub, imma anki bil-fomm, u anki tacitament. Il-formalitajiet li l-ligi tordna tassativament ghall-validita' tax-xirita' immobili ma ghandhomx jigu konfuzi mal-ftehim u r-rapporti li ikunu jezistu bejn mandatarju u mandant; b'mod li, filwaqt li t-trasferiment ta' immobili, jew il-promessa ta' trasferiment ta' immobili, ghandhom jirrizultaw bil-miktub, taht piena ta' nullita', il-prova ta' l-inkariku tal-mandant lill-mandatarju biex dan jakkwistalu l-immobili tista' ssir mhux bil-miktub biss, imma permezz ta' kull prova ohra permessa mill-ligi. L-effett ta' dak il-ftehim fir-rapporti bejn il-mandanti u l-mandatarju huwa dak li jirrendi lill-mandanti proprjetarju "ex tune" ta' l-immobili li jkun xtara fl-interess tieghu l-mandatarju. Ghalhekk il-mandanti ghandu azzjoni diretta kontra l-mandatarju, jew kontra s-successuri tieghu, biex jigi lilu trasferit dak l-immobili; u sakemm l-immobili jkun ghadu fil-pussess ta' dawn l-ahhar imsemmija, u ma tkunx gie trasferit lil terza persuna, ma jistghux dawn l-ahhar insemmija jirrifjutawlu dak it-trasferiment, billi jippretendu li minflok ghal dak it-trasferiment huma kellhom jigu azzjonati mill-mandanti ghad-danni u nteressi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info