Referenza: Volum 46C (1962), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 762

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/01/1962
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs TEMI ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 63 TRAFFIC REGULATIONS - DANNI - KOLPA KONTRIBUTORJA - RESPONSABBILTA' KRIMINALI - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Driver ta' karrozza li jikkaguna danni waqt li qieghed isuq hu hati jekk da parti tieghu kien hemm xi kolpa ammontanti ghal "criminal misconduct"; liema kolpa tista' tkun anki kontributorja; purke' kull kolpa tieghu ma tkunx eskluza bil-fatt li ghall-incident kien unikament u eskluzivament responsabbli haddiehor. Meta jkun kaz ta' "res ipsa loquitur", f'materja ta' danni waqt sewqan ta' karrozza,ghandhom icedu quddiemu x-xhiediet ta' nies bhala fehmiet soggettivi taghhom, li kienu dizattenti jew ma ghamlux apprezzament tajjeb tal-incident. Hu veru illi r-regolamenti tat-traffiku jippreskrivu illi d-driver ta' karrozza ghandu jzomm max-xellug nett tat-trieq; izda hu logiku li wiehed ma japplikax dak ir-regolament b'mod inflessibbli ghal kull xorta ta' lokalita'; ghax jista' jkun hemm lokalitajiet li fihom ma hemmx bzonn li dak ir-regolament jigi osservat "ad unguem", osservat cjoe' fis-sens li jehtieg bilfors li l-karrozza tkun thoqq max-xellug; basta, s'intendi, li d-driver ikun qieghed isuq fuq ix-xellug. Jekk id-driver ikkaguna nvolontarjament danni minhabba l-emergenza subitanea ta' karrozza ohra li harget minn trieq laterali ghal go t-trieq principali u kkreat sitwazzjoni ta' perikolu ghalieh, li kien fil-"major road" u ghalhekk godenti r-"right of way", dak id-driver mahux b'daqshekk mehlus minn kull responsabbilta' ghad-danni minnu kagunati jekk huwa kien qieghed isuq bi speed mhux moderat u minhabba f'hekk ma setghax jevita l-hsara. Huwa hati ta' kolpa kontributorja, li kriminalment ma tehelsux mill-imputazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni