Referenza: Volum 37C (1953), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 642

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/02/1953
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
REV. KAN. SALVATORE ELLUL PR ET NE vs KAN. PRIMICERJU GIUSEPPE GARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ANIMUS SPOLIANDI - APERTURI - ART. 572 TAL-KODICI CIVILI - POSSESSORJU U PETITORJU - PUSSESS - SPOLL - TIEQA
Fil-Qosor
Ghall-azzjoni ta` spoll hu bizzejjed li l-persuna spoljata tigi mnezza` mill-pussess, "ta` liema xorta jkun". U dan jingahd mhux biss ghan-natura tal-pussess, imma anki gahz-zmien. Anki pussess qasir hafna, u sahansitra pussess momentaneu, huwa bizzejjed biex jawtorizza l-azzjoni ta` spoll; b'modli f'kaz ta` attur li jippretendi li sofra spoll billi fir--rikostruzzjoni ta` bini mwaqqa` nbena hajt divizorju li fih infethu twieqi jew aperturi ohra li jaghtu ghall-fond tieghu, li huwa jippretendi li qabel ma kienux jezistu, mhux necessarju li l-attur jipprova li huwa ilu jippossjedi l-fond minghajr l-ezistenza ta` dawk l-aperturi ghal tletin sena, imma hu bizzejjed li jipprova li f'xi zmiendawk l-aperturi nftethu mentri qabel ma kienux hemm. Ghalkemm kawza ta` spoll hija ta` indoli possessorja, jista jkun necessarju li jigi delibat il-petitorju b'xi mod, sabiex jirrizultaw il-limit tal-pussess ta` l-attur u t-titolu tal-kovenut - cirkustanzi dawn li minnhom tista` tiddependi l-possibilita` ta` l-azzjoni ta` spoll, u li skostantemetn gew rikonoxxuti bhala ammissibili anki mill-QratiTaghna. Anki semplici spoll; u jekk il-kovneut li fetah dawk it-twieqi jipprentendi li fethhom ghax kienu hemm qabel ma gie rikostruwit il-fond, li kien imgarraf, jigi li hu ezercita dritt li jipprendi li kellu, u allura ma jirrikorrix fih l-animus spoliandi", li huwa mehtieg ghallkonfigruazzjonita` l-ispoll. Jekk, imbaghad, dawk it-twieqi nfethux fl-istess dimensjoni li kienu qabel, din hijakwistjoni li tezorbita` mill-limiti tal-kawza possessorja jkun gie semplicement delibat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni