Reference: Volume 82 (1998), Part No. 2, Section , Page 142

Judgement Details


Date
22/10/1998
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
MARY ARMLA TA' FRANK BORG ET vs JOSEPH MICALLEF ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AWMENT TA' - KERA - NOVAZZJONI - OGGETTIVA - RINUNZJA LI JINTALAB
Summary
L-atturi agixxew ghax, ippretendew illi kellhom jiehdu kera mhux imhallas. Il-konvenuti eccepew illi kien hemm ftehim ta' rinunzja li jintalab awment sakemm jibqghu f'okkupazzjoni fil-fond il-konvenuti. Il-Qorti ta' Appell ikkonfermat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti li sabet illi r-rinunzja li jintalab l-awment fil-kera kienet valida u ma kien hemm ebda novazzjoni ta' l-obbligazzjoni li setghet tvarja tali ftehim. Ikun hemm novazzjoni oggettiva meta ssir obbligazzjoni gdida li tigi sostitwita ghal ohra pre-ezistenti li b'hekk tigi estinta. Izda b'ligi espress, in-novazzjoni ma tistax tigi prezunta u l-animus novendi ghandu jirrizulta b'mod car u univoku. Inoltre, in-novazzjoni oggettiva tacita ghandha tirrizulta minn inkompatibilita' bejn l-id quod actum est u l-eskluzjoni tal-volonta'li ssir novazzjoni. Inoltre' ma hemmx novazzjoni jekk l-obbligazzjoni l-antika ma tigix maqtula imma semplicement modifikata ghaliex billi ssir modifikazzjoni fi ftehim, ma tavverrax in-novazzjoni bejn il-partijiet, jekk ma kienx hemm l-intenzjoni li ssir obbligazzjoni sostituzzjoni ghall-antika, li tigi mill-partijiet imhassra. Barra minn hekk, kif gie diversi drabi ritenut, irid ikun hemm l-inkompatibilita' tal-ko-ezistenza bejn iz-zewg obbligazzjonijiet u f'kaz ta' dubbju, in-novazzjoni ghandha tigi eskluza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info