Reference: Volume 41F (1957), Part No. 4, Section , Page 1371

Judgement Details


Date
13/04/1957
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs HENRY ALBERT PACE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATTI PREPARATORJI - MALTA DEFENCE (FINANCE) REGULATIONS, 1942 - REG. 11(1)(A) U 23(A)(1) - TENTATIV
Summary
Il-fatt ta' min jimporta f'dawn il-Gzejjer kwantita' ta' flus-karti stranjieri appartenenti lil persuna residenti barra li-Sterling Area, bil-hsieb li jsarraf dawk il-flus lil dik il-persuna f'dawn il-Gzejjer, johloq dritt ta' kreditu favur dik il-persuna li tghammar barra li-Sterling Area, u huwa kolpit mir-Regolament 11 tal-Malta Defence (Finance) Regulations, 1942. Dawn ir-Regolamenti jelevawbhala reat anki l-fatt li wiehed jittanta jikkommetti xi att proparatorju ghall-kommissjoni ta' reatkontra l-istess Regolamenti. Huwa veru li l-ligi normalment tippunixxi biss it-tentativ, u li, biex ikun hemm tentativ, jehtieg li jkun hemm principju ta' ezekuzzjoni, u mhux bizzejjed li jkun hemmatti preparatorji. Mhux l-atti kollha tal-"iter criminis" huma sufficjenti biex jikkostitwixxu t-tentativ, imma jehtieg li jkunu immedjatament konnessi mad-delitt mahsub; u huma tali biss l-attijietta' ezekuzzjoni li huma univoci, ghax univokament jikkonducu ghad-delitt, mentri l-attijiet proparatorji jistghu jkunu ekwivoci. Imma taht dawn ir-Regolamenti hemm id-dispost tar-regolament 23 li, minhabba li jippunixxi l-konat, jippunixxi wkoll, eccezzjonalment, ghall-finijiet ta' dawn ir-Regolamenti, bhala reat per se' stante, anki l-att prepesotorju ghall-kommissjoni ta' reat taht dawn ir-Regolamenti. U ghalhekk, f'din il-materja, mhux il-kaz tat-teoriji normali tat-tentativ, imma huwa l-kaz li l-att hu punibbli jekk il-Qorti tkun sodisfatta li l-att kien att preparatorju ghall-kommissjoni ta' reat taht dawn ir-Regolamenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info