Reference: Volume 36D (1952), Part No. 4, Section , Page 778

Judgement Details


Date
14/06/1952
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs FRANGISKA CATANIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"BIS IN IDEM" - CESSJONI TAL-KAWZA FIL-KRIMINAL - ESTINZJONI TA' L-AZZJONI - INGURJA - KALUNNJA
Summary
Fil-kawzi kriminali ma tistax kawza tigi ceduta mill-Pulizija u mbaghad tigi riproposta taht forma ohra differenti; ghax ic-cessjoni tal-kawza mhux biss tarresta l-procedimenti, imma tipperimi l-azzjoni. Meta l-Magistrat jakkolji dan il-principju, u in bazi ghalih jillibera lill-imputat, ma jigix li l-Magistrat ikun illibera in bazi ghall-principju tan-"non bis in idem". U kieku stess fl-okkazjoni ta' l-ewwel citazzjoni kien hemm pronuncja fil-meritu, ukoll ma kienx ikun il-kaz ta' applikazzjoni tal-principju tan-"non bis in idem", ghax allura kien ikun il-kaz ta' liberazzjoni minhabba estinzjoni ta' l-azzjoni. Fil-fatt, liberazzjoni simili tkun bazata fuq il-principju divers ta' l-abbandun ossija cessjoni tac-citazzjoni. F'appell minn decizjoni simili, ma jistax l-Attorney General isostni illi l-imputat fil-kawza precedenti seta' jinsisti li tinghata decizjoni bil-miktub fuq il-ponttar-ritirabilita' ta' l-ewwel citazzjoni, u semaj jappella minn dik id-decizjoni; ghax l-aspett guridiku tal-kwistjoni ghandu jitqies fuq l-istat ta' fatt kreat b'dik il-liberazzjoni, u mhux fuq dakipotetiku prospettat mill-Prosekuzzjoni. U ladarba tkun lahqet saret ir-rinunzja mill-Prosekuzzjoni, u mill-Qorti jkun lahaq inghata pronuncjament fuq dik ir-rinunzja, dik ir-rinunzja tkun issortietl-effetti taghha bil-pronuncjament tal-Qorti, u l-procediment inizjat b'dik ic-citazzjoni jkun gie mitmum definitavement, bla ma l-ligi taghti ebda rimedju li bih il-procediment jista' jigi riapert.Jekk l-ewwel citazzjoni hija ritirata, it-tieni wahda ma tistax timxi appuntu minhabba l-principju li l-abbandun ta' l-azzjoni jipperimi l-azzjoni; u jekk l-ewwel citazzjoni ma ghandhiex titqies bhalaritirata, allura xorta wahda t-tieni citazzjoni ma tistax timxi, ghax il-Prosekuzzjoni ma tistax timxi f'hin wiehed b'zewg imputazzjonijiet fuq l-istess fattijiet. Lanqas tista' l-Prosekuzzjoni f'appell minn decizjoni simili ssostni illi l-Qorti tal-Magistrati kien imissha, skond ir-rizultanzi, ikkonvertiet ruhha f'Qorti ta' Kriminali Istruzzjoni; ghax id-dispozizzjoni tal-ligi li tghid li metar-reat ikun jeccedi l-kompetenza tal-Qorti ta' Kriminali Gudikatura, il-Qorti tal-Magistrati ghandhatikkonverti ruhha f'Qorti ta' Kriminali Istruzzjoni, hija applikabili meta dan jidher mir-reat kiddedott, u mhux mir-reat kif rizultat fil-kawza. U dan apparti r-rifless illi, anki jekk kellu jigiritenut li dik il-Qorti messha, u setghet, tikkonverti ruhha f'Qorti Istruttorja, jibqa' dejjem il-fatt li dan ma ghamlitux. B'applikazzjoni tal-principji fuq esposti, l-imputati, li kienu gew imharrkin b'akkuza ta' ingurja, u wara l-provi li saru l-kawza giet ceduta, u mbaghad giet riproposta fuql-istess fatti imma b'akkuza mibdula f'dik ta' kalunnja, gew liberati fit-tieni kawza li saritilhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info