Reference: Volume 41F (1957), Part No. 4, Section 1, Page 1485

Judgement Details


Date
09/11/1957
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs JAMES PLATTS ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 36(3) TAL-KODICI KRIMINALI - KURA TAT-TFAL - PRESKRIZZJONI
Summary
Id-dispozizzjoni tal-Kodici Kriminali li tghid illi, fil-kaz ta' reat kommess minn tfal ta' anqas minn disgha snin, jew taht l-erbatax il-sena li jkunu mxew bla hazen, il-Qorti tista' tordna li jidhruquddiemha l-genitur jew il-persuna li jkollha d-dmir tat-trobbija tat-tfal, u, jekk ir-reat migjubkontra t-tifel jigi pruvat, il-Qorti tista' tobliga lill-genitur, jew lil dik il-persuna l-ohra, lijiehdu hsieb tal-imgieba tat-tfal, taht penali, jekk jonqsu, ma timplika ebda addebitu ta' reat lill-persuni li jkunu gew imsejha sabiex jidhru quddiem il-Qorti. Dik id-dispozizzjoni tfisser biss li,jekk il-minuri jkun verament ikkommetta l-fatt, u jekk dan il-fatt hu reat, allura l-persuna hekk imsejha jobligaw ruhhom "ghall-futur"; jekk, mbaghad, "fil-futur", jonqsu jiehdu hsieb il-minuri, allura jista' jkun hemm l-imputazzjoni ta' reat konsistenti filli naqsu jiehdu dak il-hsieb li jkunu obligaw ruhhom taht penali li jiehdu. Ghaldaqstant, meta si tratta semplicement ta' talba mill-Pulizija ghall-applikazzjoni ta' din id-dispozizzjoni tal-ligi, din ghandha tkun semplici talba mill-Pulizija ghall-applikazzjoni ta' dan id-dispost, u ma ghandux ikun hemm fiha ebda imputazzjoni ta' negligenza ghall-imghoddi; jekk tikkontjeni imputazzjoni simili, allura tohrog mill-ambitu ta' din id-dispozizzjoni; u allura hu sewwa li imputazzjoni simili tigi ritenuta bhala imputazzjoni ta' reat, li ghalieh hija applikabbli l-preskrizzjoni tal-azzjoni, jekk ikun ghadda it-terminu preskrizzjonali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info