Referenza: Volum 36D (1952), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 772

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/06/1952
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs DOMENICO SAVATTA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"DOCK SAFETY REGULATIONS, 1951" - "ENABLING LAW" - ART. 2 TAL-KAP. 169 - FATTORIJA - HADDIEMA TAL-PORT - KAPTAN - KWERELA - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NO. 157 TA' L-1951 - NULLITA' - RINUNZJA - VAPUR
Fil-Qosor
Skond il-ligijiet marittimi tal-pajjizi civilizzati kollha, il-kaptan huwa fid-dmir li jaccerta ruhuli l-attrezzi li jkun hemm abbord huma tajbin ghall-uzu li ghalih ikunu intizi, b'mod li ma ssirx hsara lill-persuni minhabba li dawk l-attrezzi jkunu inefficjenti jew difettuzi. U dana l-obligu tal-kaptan ma jigix nieqes billi l-haddiema li jkunu jahdmu abbord biex ihottu l-merkanzija ma jkunux imqabbdin minnu, imma jkunu mposti minn Regolamenti, jew anki jkunu gew inkarikati minn noleggjatur.Jekk reat ikun persekwibilii bi kwerela tal-parti, isir persekwibili "ex officio" jekk ikun akkompanjat minn reat iehor li jinteressa l-ordni publiku, u anki jekk il-parti offiza tezercita l-azzjoniu ma tkunx irrinunzjat espressament ghaliha zmien erbat ijiem mill-kommissjoni tar-reat. Il-persekwibilita' "ex officio" ma tonqosx jekk ghar-reat l-iehor ta' azzjoni publika ma kienx hemm kundanna;u allura r-reat ma jistax jigi rinunzjat mill-parti leza. Regolamenti publikati bis-sahha ta' "enabling law" ma jistghux imorru lil hemm mis-setghat moghtija mill-"enabing law" stess. Il-poter li ghandu l-Gvernatur li jiddikjara bhala "factory" certi postijiet ma hix illimitata, jigifieri li huwama jistax jiddikjara bhala "factory" kwalunkwe post; imma huwa limitat fis-sens li huwa jista' jiddikjara bhala fattorija kwalunkwe "premises" jew "open air space". Vapur ma hux "premises" u lanqas "open air space"; u ghalhekk bis-sahha tal-ligi li taghtih dak il-poter, il-Gvernatur ma jistax jiddikjara fattorija vapur bhala fattorija ghall-finijiet ta' dik il-ligi. Konsegwentement, ir-Regolamenti mahruga mill-Gvernatur fis-sena 1951 ("Dock Safety Regulations") li bihom il-Gvernatur estenda ghall-vapuri d-definizzjoni ta' "premises" huma "pro tanto" nulli, ghax "ultra vires".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni