Reference: Volume 36D (1952), Part No. 3, Section , Page 684

Judgement Details


Date
16/12/1952
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
MARY DRAGO vs GIUSEPPA BONAVIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 7 U 17 TAL-KODICI TAL-KUMMERC, U ART. 37 (3) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ATT TA' KUMMERC - KOMPETENZA - KUMMERCJANT - KUNSENS TAR-RAGEL - MARA - NULLITA' - OBLIGAZZJONI - PROVA
Summary
Kull att ta' kummercjant jitqies li hu kummercjali, meta mill-att stess ma jkunx jidher li dak l-attma ghandux x'jaqsam mal-kummerc; u ghalhekk, l-attijiet in generali kompjuti mill-kummercjant, li ma jkunux ga atti obbjettivi tal-kummerc, ghandhom per se' l-prezunzjoni tal-kummercjalita' minghajrdistinzjoni, jekk dawk l-atti jirriferixxu lir-ram partikulari tal-kummerc ta' min ikun ghamilhom jew tal-kummerc in generali. Din il-prezunzjoni ma tillimitax ruhha ghall-kaz meta kummercjant jaghmel operazzjoni ma' kummercjant iehor, imma tapplika wkoll ghall-attijiet maghmulin minn kummercjant minn naha wahda u minn wiehed li mhux kummercjant min-naha l-ohra. Din il-prezunzjoni tista' tigi eskluza, ghax mhix "juris et de jure"; imma l-prova li teskludi din il-prezunzjoni ma tistax issir hlief b'certi determinati mezzi specifikament ammessi mill-ligi; u skond il-ligi taghna, l-uniku mezz li bih tista' ssir din il-prova hu l-att stess, jigifieri jrid ikun jirrizulta mill-att stess illi dan l-att huwa estraneu ghall-kummerc. Diversament dik il-prezunzjoni ma tistax tigi distrutta. Metambaghad in-negozju guridiku jkun jirrizulta minn dokument miktub, il-prova kuntrarja ghandha tohrogmill-istess dokument. Jekk dik il-prezunzjoni ma tigix distrutta bil-mezzi hawn imsemmija, l-att tal-kummercjant jibqa' kummercjali, u kull azzjoni li titnissel minnu tidhol fil-kompetenza tal-Qortital-Kummerc. Jekk l-att huwa kompjut minn mara kummercjanta, u ma jigix pruvat li dak l-att mhux kummercjali, ma hemmx lok ghall-eccezzjoni tan-nullita' ta' l-istess att fuq il-motiv li ma ghamlituxbil-kunsens jew id-dehra ta' zewgha, ghax l-operazzjonijiet ta' mara li tezercita l-kummerc ma jaqghu taht ebda formalita' jew kondizzjoni mehtiega mill-ligi civili minhabba s-sess taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info