Referenza: Volum 32D (1946), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 330

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/05/1946
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
CONCETTA ELLUL ET. vs GIO BATTA ZAHRA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 420 TAL-KODICI CIVILI - INTERVENT FIL-KAWZA - PROMESSA TA' ENFITEWSI - UZUFRUTT
Fil-Qosor
Min ikun konvenut biex jezegwixxi promessa ta' bejgh jew ta' koncessjoni enfitewtika ghandu dritt illi l-kwistjoni tigi kunsidrata in bazi ghall-iskrittura tal-konvenju, hi kif inhi: u jekk dik l-iskrittura fiha xi difett, huwa ghandu dritt, jekk il-ligi hi favur tieghu, li javvantaggja ruhu minn dak id-difett biex jirrezilixxi mill-ftehim. Il-bejgh jew koncessjoni enfitewtika ta' fond suggett ghall-uzufrutt ta' hadd iehor ma jgib ebda tibdil fil-jeddijiet ta' l-uzufruttwarju, u dan jibqa' jgawdi l-uzufrutt jekk ma jkunx irrinunzja ghalih. Ghalhekk il-kumpratur ma jistax jigi kostrett jiddivjeni ghall-att definitiv biex jakkwista l-fond suggett ghal dak l-uzufrutt. Fil-kaz prezenti, il-konvenju kien dwar koncessjoni enfitewtika ta' fond suggett ghall-uzufrutt. Fil-konvenju dehru tant il-proprjetarji nudi kemm ukoll l-uzufruttwarja. Imma ghar-rigward ta' l-uzufruttwarja l-konvenju kien null. Il-proprjetarji nudi pprocedew kontra x-xerrej ma kienx obligat jersaq ghall-att minhabbal-ezistenza ta' l-uzufrutt, u li d-difett fl-iskrittura ma setax jigi sanat bl-intervent fil-kawz ta' l-uzufruttwarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni