Reference: Volume 32C (1946), Part No. 2, Section , Page 211

Judgement Details


Date
07/02/1946
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
CARMELO BORG vs ANTONIO GALEA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 4 (4) TA' L-ORDINANZA XVI TA' L-1944, U ART. 52 U 59 TAL-MALTA DEFENCE REGULATIONS 1939 - BWONA FEDE - LOKAZZJONI - PREFERENZA - REKWIZIZZJONI
Summary
Bis-sahha tal-Ligi tal-Kera ta' l-1944, il-kerrej li l-ahhar kienet lilu mikrija dar imwaqqa' bil-bombi u rikostruwita, meta sidha ma jkunx iridha ghalih jew ghal xi qraba tieghu mill-ligi msemmija, usakemm din id-dar ma tkunx giet mikrija qabel iz-zmien li bdiet issehh dik l-Ordinanza, ghandu dritt tal-preferenza fil-lokazzjoni ta' dik id-dar, kemm il-darba huwa jaccetta l-kundizzjonijiet li jaghmillu s-sid jew li dan ikun ftiehem ma' haddiehor. Hemm differenza bejn "requisition" u semplici "order" ghall-konsenja tac-cwievet ta' fond; ghax ir-"requisition" tisvesti lis-sid mill-pussess tal-fond b'mod li huwa, dment li l-fond jibqa' rekwizizzjonat, ma jistax la jikrih u lanqas jokkupah, mentri s-semplici "order" ihalli lis-sid fil-pozizzjoni li jikri l-fond jew jokkupah huwa, basta jaghti avviz lill-Housing Officer. Il-principju illi f'kaz ta' zewg lokazzjonijiet successivi ta' l-istess post lil persuni diversi jirbah it-tieni kerrej jekk dan ikun dahal fil-post "in buona fede" japplika meta l-fond huwa disponibili ghall-kiri, u s-sid, wara li jkun krih lil persuna, ghal xi ragunijew ohra, jerga jikrih lil persuna ohra; imma meta si tratta minn dar imwaqqa' bil-bombi u rikostruwita, li l-ahhar kerrej taghha ma jkunx tilef id-dritt tal-preferenza fil-kiri taghha, dak il-principju mhux applikabili; ghax dik id-dar mhijiex disponibili ghall-kiri, billi dak l-ahhar kerrej ghaduinkwilin ta' dik id-dar. U ghalhekk, jekk fil-kawza li dak l-inkwilin jaghmel biex jezercita kontra s-sid dak id-dritt ta' preferenza, ikun imharrek anki min dahal fil-post, l-inkwilin precedenti jista' fl-istess kawza jitlob l-izgumbrament ta' dan l-ahhar wiehed minn dik id-dar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info