Reference: Volume 37D (1953), Part No. 4, Section , Page 1047

Judgement Details


Date
28/02/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs MANWEL XERRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANNI - NEGLIGENZA - OMICIDJU INVOLONTARJU - PIENA - RESPONSABBILTA' KRIMINALI
Summary
Il-kwistjoni tar-responsabilita minhabba negligenza f'materja kriminali hija pjuttost difficli; pero' jidher li wiehed jista' b'sikurezza jennungja l-principju illi meta persuna, bla ma tiehu l-prekawzjonijiet mehtiega, taghme volontarjament att fih innifsu perikoluz ghall-hajja tan-nies, u tigi b'dak l-att maqtula persuna ohra, allura dik il-persuna tkun hatja ta' omicidju involontarju. Huwa veru s-semplici inavvertenza mhix bizzejjed biex tirradika r-responsabilita kriminali; hu veru wkoll lis-semplici trasgressjoni tal-ligi tonqos hija bizzejjed ghal dan l-iskop; u huwa veru wkoll li l-grad ta' deligenza li hu sufficjenti ghal-finijiet civili ma hux tali ghall-finjiet ta' l-imputabilita' kriminali; imma dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jiswewx lill-imputat jekk fil-kaz partikulari, huwajkun hati ta' "recklessness". Lanqas ma tiswa bhala skriminanti n-negligenza kontributorja tal-vittima, jekk ma jirrizultax li kien hemm xi att tal-vittima li kkaguna, l-mewt taghha, indipendentament min-negligenza ta' l-imputat. Imma dik l-istess negligenza kontributa tal-vittima ma ghandhiex tigi trazandata ghall-finijiet ta' l-irrogazzjoni tal-piena; ghaliex ghandha ssir distinzjoni bejn minjaghmel att perikoluz li bih joqtol persuna ohra, bla ma dik il-persuna l-ohra tkun bla mod ikkontribwiet biex tpoggi ruhha fil-perikolu, u tkun ghalhekk vittima inkoxjenti ta' dak l-att perikkoluz,u l-kaz ta' min b'att perikoluz jikkaguna l-mewt ta' persuna li tkun volontarjament b'ghajnejha miftuha, poggiet ruhha f'dak il-perikolu, liberament - persuna ta' l-eta' tad-dizzerniment, li ma kienettaht ebda obligazzjoni li tesponi ruhha ghal dak il-perikolu, la ta' mpieg, la ta' dipendenza, u lanqas ta' hag'ohra. L-istess principji jirregolaw ir-responsabilita' kriminali dwar id-danni, jekk l-att perikoluz li jkun ikkaguna l-mewt tal-vittima jkun anki ikkaguna danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info