Reference: Volume 37D (1953), Part No. 3, Section , Page 941

Judgement Details


Date
27/11/1953
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
TERESA AVELLINO ET. vs FRANCESCA VELLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 12 (1) (2) TAL-KODICI TAL-KUMMERC - KOMPETENZA - KUMMERCJANT - MARA
Summary
Il-mara mizzewga ma tistax tezercita l-kummerc minghajr il-kunsens ta' zewgha; imma dan il-kunsens jista' jkun mhux biss espress, imma anki tacitu; u l-kunsens huwa tacitament moghti meta l-mara tezercita l-kummerc publikament u notorjament, u r-ragel ma jaghmilx oppozizzjoni ghal dak l-ezercizzju.Din l-oppozizzjoni, pero' trid issir per mezz ta' dikjarazzjoni kuntrarja b'att publiku li jirregistra fil-Qorti tal-Kummerc, u ta' avviz publikat fil-Borza tal-Kummerc, fil-Gazetta tal-Gvern, u f'gazzetta ohra. Minghajr din il-formalita' l-oppozizzjoni tar-ragel ma tiswiex. Xejn ma jiswew il-projbizzjonijiet maghmula, anki solennement, b'attijiet publici, b'cirkulari, b'avviz fil-gurnali, b'avvizi fuq il-bibien jew twieqi tan-negozju. It-terzi jistghu dejjem ma jaghtux kaz taghhom. Il-kwistjoni, imbaghad, jekk il-kummerc tal-mara jkunx qieghed jigi ezercitat publikament u notorjament, hija kwistjoni ta' fatt rimessa ghall-apprezzament tal-gudikant. Jekk ma jigix pruvat il-kunsens espress jew tacitu tar-ragel, il-mara ma tistax tigi kunsidrata bhala kummercjanta; u ghalhekk ma hix kompetenti l-Qorti tal-Kummerc biex tiehu konjizzjoni ta' kawzi li jsiru kontra dik il-mara in konnessjoni ma' dak l-ezercizzju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info