Referenza: Volum 37D (1953), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 810

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/1953
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
MAMMANTE AZZOPARDI ET. vs CARMELO MICALLEF, A&CE, NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI KOLLETTIVA - CITAZZJONI KOLLETTIVA - NULLITA'
Fil-Qosor
Giet diskussa fid-dottrina, u mhux dejjem giet rizoluta xorta wahda fil-gurisprudenza, il-kwistjonijekk diversi persuni jistghux jinghaqdu flimkien biex igibu 'l-quddiem l-azzjoni rispettiva taghhomb'citazzjoni wahda, u, jekk jistghu, liema huma r-rekwiziti mehtiega biex dan il-konkretament ikun jista' jsir. Tant id-dottrina kemm il-gurisprudenza kwazi kompletament jaqblu f'sens affermativ dwarl-ewwel parti tal-kwistjoni; imma qatt ma qablu, u ghad ma qablux, rigward it-tieni parti ta' l-istess kwistjoni, jigifieri dwar il-kondizzjonijiet ta' fatt mehtiega biex tkun ammissibili citazzjonikollettiva. F'din is-sentenza l-Qorti rriteniet illi, fuq l-iskorta tat-taghlim prevalenti tad-dottrina u l-gurisprudenza in propozitu, ghall-ammissibilita' tal-gudizzju kollettiv hu mehtieg mhux biss illi l-kwistjoni li tkun trid tigi rizoluta tkun identika ghal kull wiehed mill-atturi, imma wkollilli l-interess derivanti mit-titolu u l-oggett tal-kawza jkun komuni; jigifieri illi c-citazzjonikollettiv hi ammissibili kull darba li diversi persuni, li jiffiguraw bhala atturi, jipproponu azzjoni biex jirrizolvu kwistjoni ta' dritt uniku u identiku, u jkun eskluz "a priori" illi mir-rizoluzzjoni ta' l-istess kwistjoni, f'sens jew iehor, tista' tikkonkorri xi cirkustanza ta' fatt specjali ghall-wiehed jew l-iehor minn dawn il-persuni atturi. Jekk ma jikkonkorrux dawn ir-rekwiziti, u l-parti konvenuta topponi ruhha ghall-proponibilita' ta' l-azzjoni b'gudizzju kollettiv, il-Qorti ma tistax taghmel hag'ohra hlief tiddikjara dak il-gudizzju improcedibili, bhala null.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni