Reference: Volume 38B (1954), Part No. 2, Section , Page 421

Judgement Details


Date
21/01/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
ANDREA SPITERI vs A. L. CIVILI EDWARD VASSALLO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPALT - ART. 1961, 1970 U 1972 TAL-KODICI CIVILI - MANDAT - PERIT
Summary
L-inkariku moghti lill-perit fil-kwalita' tieghu professjonali biex jiehu hsieb tar-rikostruzzjoni ta' fond, aktar minn "locatio operarum" ghandu minn natura tal-mandat; u konsegwentement ir-relazzjonijiet bejn il-perit u l-persuna li taghtu l-inkariku ghandhom jigu governati mir-regoli tal-mandat.Jekk, persuna tigi mqabbda li taghmel xi haga fil-kors ordinarju tal-professjoni jew xoghol taghha,minghajr ma jigu espressament limitati s-setghat taghha, jitqies li lil dina l-persuna nghatat s-setgha li taghmel dak kollu li jidhrilha mehtieg ghall-ezekuzzjoni tal-mandat, u li skond ix-xorta tal-professjoni jew tax-xoghol hawn imsemmija jista' jigi maghmul minnha. Il-mandant jista', ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt, jagixxi direttament kontra dak li mieghu l-mandatarju f'din il-kwalita' tieghu ikun ikkuntratta; u dana bhala konsegwenza tal-principju illi l-mandatarju ma jikkuntrattax, izdajinterponi l-opera tieghu f'isem il-mandant, li ghalhekk ghandu jitqies bhala dak li kkuntratta. Konsegwentement, jekk il-perit, li gie nkarikat minn sid il-fond biex jiehu hseib tar-rikostruzzjoni tieghu, iqabbad bennej ghal dik ir-rikostruzzjoni, dak il-bennej jista' jagixxi kontra s-sid ghall-hlas tax-xoghol tieghu; u ma jistax is-sid jippretendi li lil dak il-bennej ma jafux, u li ghalhekk ghandu jigi liberat minn dik it-talba, sija pure "ab observantia". Lanqas jista' dak is-sid jippretendi li l-perit ecceda mill-mandat, ghax il-bennej huwa terza persuna li mhix milquta mill-eccess tal-mandat sakemm is-sid ma jippruvax li dak il-bennej kien jaf b'dak l-eccess; u dan aktar u aktar jekkis-sid ikun accetta l-vantaggi derivanti mill-pretiz access, u jkun qieghed igawdihom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info