Reference: Volume 38B (1954), Part No. 1, Section , Page 369

Judgement Details


Date
06/03/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
LOUIS SALERNO vs AGATHA VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BENI PARAFERNALI - DONAZZJONI - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - LOKAZZJONI - MARA - SULLOKAZZJONI - ZGUMBRAMENT
Summary
Beni donati lil mara mizzewga ghandhom jitqiesu bhala parafernali tal-mara; u ragel, fl-ezistenza tal-komunjoni ta' l-akkwisti, ghandu l-amministrazzjoni ta' dawn il-beni ta' martu, u bhala tali ghandu d-dritt jagaxxi in konnessjoni ma' kwistjonijiet li jirrigwardaw il-beni parafernali ta' martu. Konsegwentement, ir-ragel jista' jagixxi biex jizgombra inkwilin li qieghed jokkupa b'kiri fond li jappartjeni lil martu; ghax azzjoni simili ma teccedix il-limiti ta' l-amministrazzjoni. Jekk ir-ragel jiddetjeni fond b'sullokazzjoni, u dak il-fond jigi donat lil martu, huwa jista' jagixxi ghal zgumbrament kontra s-sullokatur tieghu originarju in forza tad-drittijeit li tnisslu favur tieghu in segwitu ghad-donazzjoni; u ma jistax jigi milqugh bl-eccezzjoni illi s-subkonduttur ma jistax jagixxi ghal zgumbrament kontra s-sullokatur tieghu. Meta r-ragel jagixxi fis-sens huwa premess, normalmenthuwa ghandu jagixxi fil-kwalita' tieghu ta' amministratur tal-beni ta' martu, u ghandu jiddeklina dina l-kwalita' tieghu, u mhux jagixxi f'ismu. Imma din d-diffikulta' tispicca jekk is-sullokatur, wara li jkun gie infurmat li l-fond mikri ghandu gie donat lill-mara tas-subinkwilin tieghu, ihallas il-kera lil dak is-subinkwilin, u, meta dan ma jaccettax il-kera, jiddepozitahulu; ghax b'hekk jigi jinholoq rapport guridiku gdid bejn is-sullokatur originali u s-subinkwilin "proprio nomine".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info