Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 992

Judgement Details


Date
25/04/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
REV. DON LUIGI MICALLEF NE. vs CARMELO THAKE NE. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 40 U 65 TAL-KAP. 117 - GURNAL - ILLEGITIMITA' TAL-PERSUNA - INTERESS - MINISTRU - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU. 315/1947 - PRIM MINISTRU - PUBLIKAZZJONI - RAPPREZENTANZA GUDIZZJALI - REGISTRU TAL-ISTAMPA - RIVISTA
Summary
Kull wiehed mill-Ministri tal-Gvern ghandu nteress li jkun f'kawza li tirrigwarda xi wiehed mid-dikasteri li huma assenjati lilu; u ghalhekk, f'kawza li ssir kontra r-Registratur tal-Istampa, il-PrimMinistru, bhala kap gerarkiku ta' dak l-ufficjal, ghandu nteress li jkun prezenti f'dik il-kawza, jekk id-dipartiment li tieghu dak l-uficcjal huwa l-kap jinsab fost id-dipartimenti li huma assenjatilil Prim Ministru. Il-gazzetti u rivisti li johorgu kull xahrejn jew izjed jitqiesu li jkunu waqqful-publikazzjoni taghhom jekk ma jkunx hareg ebda numru minnhom matul iz-zmien ta' tnax il-xahar wara xulxin. "Publikazzjoni" tfisser kull att li bih kull stampat jigi jew jista' jigi imgharraf lil persuna; u ghalhekk il-fatt li l-editur tal-gazetta jew rivista jonqos mill-obligu tieghu skond il-ligi li jikkonsenja mhux aktar tard mil-ghada tal-publikazzjoni, kopja tal-gazetta jew rivista lill-persuni ndikati mill-ligi, fosthom ir-Registratur tal-Istampa, ma jfisserx illi l-gurnal jew rivista ma komplewx jigu publikati, u dawn ma ghandhomx ghalhekk jigu mhassra mir-Registru tal-Istampa. In-Nuqqas ta' dik il-konsenja tal-kopji tirrendi lill-editur passibili ghall-penali komminata mill-ligi,u mhux ghat-thassir mir-Registru tal-Istampa. Jekk il-publikazzjoni tkun fil-fatt saret, tista' tigi pruvata b'mezzi ohra, u mhux necessarjament bil-prova tal-konsenja tal-kopji lill-persuni ndikatimill-ligi; b'mod li, jekk tigi pruvata l-publikazzjni, il-gurnal jew rivista ma ghandhomx jithassrumir-Registru tal-Istampa, avvolja l-editur ma jkunx ikkonsenja kopja taghhom lir-Registratur tal-Istampa.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info