Reference: Volume 41E (1957), Part No. 3, Section , Page 1228

Judgement Details


Date
16/05/1957
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
CARMELO BARBARA vs GEORGE PARNIS ENGLAND ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AGENT - BEJGH - DANNI - EKWIPOLLENZA - KAWZALI
Summary
Jekk il-kumpratur lokali jkun xtara minn ghand ditta estera per mezz tal-agenti taghha hawn Malta, huwa ghandu jagixxxi kontra d-ditta estera, fil-kaz li jirreklama xi danni minhabba inadempjenza tad-ditta estera. U jekk jagixxi kontra ditta lokali li hija l-agent tad-ditta estera huwa ghandu jagixxi kontra d-ditta lokali mhux personalment, imma bhala agent tad-ditta ta' barra. Billi d-ditta lokali tassumi personalment li tirmedja ghall-inadempjenza tad-ditta estera dan ma jgibx illi l-azzjonighad-danni ghandha tigi diretta kontra d-ditta lokali. Billi l-agent, ghal ragunijiet tieghu, jipprometti u jassumi personalment lejn il-kumpratur li jaghmel tajjeb ghall-inadempjenza tal-principaltieghu, b'daqshekk ma jassumix il-libsa tal-venditur, u ma jirrendix ruhu responsabbli ghall-konsegwenzi u danni kollha li jirrizultaw mill-inadempjenza tad-ditta estera, imma biss ghal dawk il-konsegwenzi u danni li dwarhom huwa jkun assuma r-responsabilita'. Lanqa tista' azzjoni simili, bazata fuq l-indempjenza tad-ditta estera u diretta ghad-danni konsegwenzjali kontra l-agent lokali personalment, tigi sostnuta bil-kriterja tal-ekwipollenza; ghax l-ekwipollenza tezisti biss meta si tratta ta' l-istess haga li tinghad bi kliem differenti, mentri l-inadempjenza tad-ditta estera hija haga, uhaga ohra hija l-assunzjoni tal-agent li jaghmel tajjeb ghall-inadempjenza tal-principal tieghu. Biex it-talba setghet tigi rivolta kontra l-agent personalment, kien hemm bzonn li bhala kawzali tigindikata l-obligazzjoni assunta minnu personalment, u illi t-talba tigi formulata skond l-oggett ta'dik l-obligazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info