Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1173

Judgement Details


Date
28/11/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
CARMELO TABONE vs MICHELE TABONE ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1266, 1269 U 2233 TAL-KODICI CIVILI - DEKADENZA - INTERRUZZJONI - NOTA TAL-ECCEZZJONIJIET - PRESKRIZZJONI - REXISSJONI - TERMINU
Summary
Meta l-ligi f'xi kaz partikulari ma tistabbilixxix zmien aqsar, l-azzjoni ghar-rexissjoni minhabba vjolenza, zball, ghemil doluz, stat ta' mara mizzewga, interdizzjoni, jew nuqqas ta' eta', taqa' bil-preskrizzjoni gheluq sentejn. Dan it-terminu huwa wiehed ta' preskrizzjoni, u mhux terminu ta' dekadenza; u ghalhekk jista' jigi nterrott. L-azzjoni ta' rexissjoni tmiss fl-ewwel lok lil dawk mill-partijiet li jkunu hadu sehem fl-att impunjat. Dak il-jedd jghaddi wkoll fil-werrieta; imma l-werrieta ma jistghux jezercitawh hlief fiz-zmien li kien fadallu l-awtur taghhom biex jezercitah. Fil-kazta' vjolenza, dan iz-zmien jibda jghaddi minn meta tkun spiccat il-vjolenza, u fil-kaz ta' zball jew ghemil doluz, jew kawza falza, minn dak in-nhar li jkun inkixef id-difez. Il-preskirizzjoni tinkiser b'kull att gudizzjarju prezentat fl-isem tas-sid jew tal-kreditur, notifikat lill-parti li kontra taghha wiehed irid li ma jhallix timxi l-preskrizzjoni, u li minnu jkun jidher bic-car li l-proprjetarju jew kreditur ikun bil-hsieb li jzomm il-jedd tieghu. Rekwiziti nterni tal-att gudizzjarju jikkonsistu filli l-att ghandu jkun jesprimi b'mod car il-volonta' tal-awtur tal-att li jikkonserva d-drittijiet tieghu - volonta' li ma hemmx bzonn tigi espressa b'xi frazi specjali, imma tista' tkun espressa bi kwalunkwe mod: rekwiziti esterni, mbghad, huma li l-att jigi prezentat fir-Registru, skond il-ligijiet processwali, u notifiat lid-debitur jew possessur. Nota tal-eccezzjonijiet hija attgudizzjarju, u biha d-debitur jirrespingi t-talba tal-kreditur bil-hsieb li jiddefendi u jikkonservad-drittijiet tieghu kontra l-pretensjoni tal-kreditur; u ghalhekk, jekk f'kawza ohra bejn l-istesspartijiet kienet giet prezentata nota tal-eccezzjonijiet li, jekk ma gietx notifikata lill-parti kuntrarja, kienet zgur giet a konoxxenza ta' din il-parti, dik in-nota tinterrompi l-preskrizzjoni li tigi sollevata f'kawza ohra minn dik il-parti l-ohra dwar l-istess dritt in kontestazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info