Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1156

Judgement Details


Date
11/11/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIORGIO BALDACCHINO vs GIORGIO BORG PR. ET NE. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1832, 1833 U 1847(1)(2) TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI JEW ECCEZZJONI - DEPOZITU - DONAZZJONI - DONI MANWALI - KERA - NULLITA' - PAGAMENT - RIGALI - SERVIGI
Summary
Hu principju illi n-nullita' ta' att, jekk ikun il-kaz ta' nullita' stabbilita mill-ligi, tista' tingieb il-quddiem anki b'eccezzjoni, u mhix mehtiega azzjoni separata: Id-domanda ghar-restituzzjonita' haga donata minghajr il-formalita' tal-att publiku tikkomprendi anki t-talba ghar-rexissjoni ta'dik id-donazzjoni, ghalkemm fic-citazzjoni jinghad li dik il-haga hi posseduta mill-konvenut illegalment; l-illegalita' tal-pusses allegata mill-attur mhix inkompatibbli mal-fatt li l-oggett tad-donazzjoni baqa' tal-attur minhabba li gie nullament donat. Ghaldaqstant, meta l-attur jitlob ir-restituzzjoni ta' oggetti li l-konvenut ippossessa ruhu minnhom illegalment, mentri fil-fatt kienu gew mill-attur donati lill-konvenut nullament ghax minghajr l-att publiku, mhix f'lokha l-osservazzjoni illi l-kawzali tac-citazzjoni tirrigwarda oggetti ta' proprjeta' tal-attur li minnhom il-konvenut ippossessa ruhu illegalment, mentri fil-fatt dawk l-oggetti kienu gew minnu donati, u li ghalhekk l-atturmessu talab espressament in-nullita' tad-donazzjoni. Id-donazzjoni rimuneratorja bhala hlas ta' servigi tibqa' dejjem fin-natura taghha donazzjoni, u, hekk hija kunsidrata mill-ligi; u kwindi, bhalaregola hi suggetta ghall-formalita' tal-att publiku taht piena ta' nullita'. Din il-formalita', pero', mhix mehtiega meta si tratta minn rigali li jinghataw minn id ghal id, ta' flus jew ta' hwejjegohra mobili korporali, jew ta' titoli ghall-portatur, jekk is-somma jew il-valur taghhom ikun zghirmeta jitqiesu l-kondizzjoni tal-persuni u c-cirkustanzi l-ohra. Dan il-valur zghir irid ikun proporzjonat ghall-kondizzjoni ekonomika u patrimonjali tad-donant; u l-iskop tad-donazzjoni ma jidholx proprjament fic-cirkustanzi li ssemmi l-ligi, ghax diversament ir-rekwizit essenzjali tat-tenwita' tal-valur jista' minhabba dan l-iskop jigi frustrat. In-nullita' tad-donazzjoni minhabba nuqqas tal-att publiku hi nullita' assoluta; u jista' japprofitta ruhu minnha kull wiehed mill-kontendenti u kwindi anki l-attur bhala donanti. Depozitu ta' kera ma jekwivalix ghal pagament tal-istess kera jekk,apparti l-kwistjoni tal-integrita' tieghu jew le, il-kreditur ma jkunx irrifjutah ingustament, immajkun irrifjutah gustifikatament ghaliex ried jizgombra lill-inkwilin, kif effettivament jaghmel.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info