Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1141

Judgement Details


Date
07/11/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
WILLIAM YOUNG ET. vs JOSEPH MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"RESTITUTIO IN INTEGRUM" - EZEKUZZJONI SPECIFIKA - LOKAZZJONI - OBLIGAZZJONI
Summary
Hu veru li l-lokazzjoni hi perfetta anki jekk ma ssirx bi skrittura, u li l-kondizzjonijiet tal-kirja huma wkoll regolati mill-ligi; imma dan ikun hekk meta l-partijiet, ghal dak li jkun jirrigwarda l-kondizzjonijiet, jirrimettu ruhhom ghall-ligi li tirregola l-lokazzjoni, jew ma jsemmu xejn dwar il-kondizzjonijiet tal-kirja, u mhux meta l-partijiet ikunu ftehmu li l-lokazzjoni ssir taht certi kondizzjonijiet miftehmin bejniethom, li kellhom jigu redatti fi skrittura li kellha wkoll tigi firmataminnhom. Ghaldaqstant, meta dan ikun il-kaz, l-inkwilin ghandu d-dritt jagixxi kontra l-lokatur biex dan jigi kundannat jiffirma l-iskrittura tal-lokazzjoni bil-kondizzjonijiet mifthema; u l-lokaturma jistax jopponilu li l-inkwilin messu talab ir-restituzzjoni "in integrum" u mhux l-ezekuzzjoni forzuza tal-obligazzjoni tal-lokatur li jiffirma l-iskrittura. Ghax id-debitur ma jistax jiddetta lill-kreditur liema azzjoni ghandu jesperixxi kontra tieghu, jekk il-kreditur jidhirlu li ghandu aktarminn wahda; u jmiss lill-kreditur li jaghzel dik l-azzjoni li tkun l-aktar konvenjenti ghalieh. Lanqas jista' jinghad li f'kaz simili l-lokatur ma jistax jigi kundannat jiffirma l-iskrittura tal-lokazzjoni li kien obliga ruhu li jiffirma, fuq l-allegazzjoni illi, bhala regola, l-inadempjent ta' patt hu tenut ghar-rizarciment tad-danni, u mhux ghall-koazzjoni specifika ta' dak il-patt, billi hi massima generali li l-obligazzjonijiet li ma jikkonsistux "nel dare", imma jikkonsistu "nel fare", jirrizolvu ruhhom f'danni u nteressi meta d-debitur ma jadempix l-obligazzjonijiet tieghu, ghaliex "nemo precise cogi potest ad factum", ghax dawn ir-regoli jircievu l-applikazzjoni taghhom biss ghar-rigward ta' dawk l-obligazzjonijiet ta' fatti esterjuri u korporali, jigifieri ta' fatti li ma jistghux jigu suppliti hlief b'kundanna ta' danni u nteressi; mentri obligazzjoni simili ma tirrigwardax fatt esterjuri u korporali tal-persuna ta' min obliga ruhu jiffirma l-iskrittura tal-lokazzjoni; fis-sens li dak il-fatt jista' jigi supplit b'sentenza, u dak il-ftehim, biex ikollu effett, ma hemmx bzonn li jkun maghmul minnu stess, imma jista' jsir per mezz ta' kuraturi nominati mill-Qorti biex jirrapprezentawh jekk hu jibqa' kontumaci. U ghall-istess konkluzjoni wiehed jigi jekk in-nuqqas tal-obbligazzjoni assunta mill-lokatur jigi miftiehem fis-sens li huwa naqas mill-promessa tieghu li jikril-fond lill-inkwilin taht il-kondizzjonijiet mifthema u bil-miktub; ghaliex il-promessa ta' lokazzjoni hi ritenuta bhala kapaci ta' ezekuzzjoni specifika.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info