Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 421

Judgement Details


Date
03/10/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELO OLIVIERI vs MARY OLIVIERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - LIBERAZZJONI - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - SENTENZA
Summary
L-effetti ta' sentenza li tistabbilixxi l-hlas ta' pensjoni alimentarja ma jistghux jigu ritenuti mitmuma jew modifikati jekk mhux b'sentenza ohra. U jekk sentenza tistabbilixxi pensjoni alimentarja,u sentenza ohra sussegwenti tawmenta dik il-pensjoni, dan il-principju jghodd ukoll, minhabba l-ndividwalita' separata taghhom, tant ghall-ewwel kemm ghat-tieni wahda. Ghaldaqstant, jekk ir-ragel jaghmel kawza biex jitlob illi, minhabba kampjament fl-istat tieghu finanzjarju u fil-mezzi tal-mara,t-tieni sentenza tigi revokata, u li hu jigi ezonerat mill-obligu li jmantni lill-martu jew li l-pensjoni alimentarja tigi ridotta, il-Qorti ma tistghax taghti ebda provvediment dwar il-pensjoni stabbilita bl-ewwel sentenza minghajr ma tmur kontra l-principju tal-"ultra" jew "extra petita"; ghaliexdik l-ewwel sentenza mhijiex quddiem il-Qorti, imma hemm biss it-tieni sentenza, li awmentat il-pensjoni stabbilita bl-ewwel sentenza. Imma fl-istess hin, l-Ewwel Qorti ma ghandhiex tillibera l-maramill-osservanza tal-gudizzju; ghaliex l-istanza li kienet ghall-ezoneru komplet mill-obligu tal-alimenti, tista' tigi sostnuta ghar-riduzzjoni tal-pensjoni ordnata bit-tieni sentenza li hija quddiemil-Qorti, billi fil-"pju" huwa kompriz il-'meno'. Ic-citazzjoni hija proceduralment sostenibbli fis-sens li tirrikjedi l-ezami u d-decizjoni fil-meritu jekk ir-ragel attur ghandux jigi mehlux, minhabba kambjament tac-cirkustanzi, milli jkompli jhallas l-awment ordnat bit-tieni sentenza; ghaliex, kif jistghu jigu mitmuma jew mibdula l-effetti tal-ewwel sentenza, li tikkundanna ghall-hlas tal-alimenti, jistghu jigu mitmuma jew mibdula, anki ghalihom wehedhom, l-effetti tas-sentenza sussegwenti litkabbar ir-rata ta' dawk l-alimenti. Ghaldaqstant, jekk l-Ewwel Qorti tillibera lill-konvenuta mill-osservanza tal-gudizzju f'istanza simili, fl-appell il-Qorti tordna li l-atti jigu mibghuta lill-Ewwel Qorti ghat-trattazzjoni u decizjoni fil-meritu tat-talba tal-attur in kwantu limitata ghac-cessazzjoni jew modifikazzjoni tal-effetti tat-tieni sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info