Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 493

Judgement Details


Date
20/10/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
EMANUELE GAUCI vs ANTONIO SCICLUNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1625 TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-KERA - FISAZZJONI TAL-KERA - LOKAZZJONI - RIFUZJONI TA' KERA ECCESSIV - XIERAQ
Summary
Huwa veru li, meta jaghlaq it-terminu konvenzjonali tal-kirja originali, bir-rilokazzjoni tinholoq kirja gdida bi prezunzjoni tal-ligi; u peress li fr-rilokazzjoni ma jigix miftihem ebda terminu definit, skond il-ligi t-terminu tal-kirja l-gdida jkun dak korrispondenti ghall-hlas ta' rata wahda tal-kera, skond ma kien miftiehem il-hlas ta' rata wahda tal-kera, skond am kien miftiehem il-hlas. B'dan kollu, fuq il-konsiderazzjoni biss ta'dan il-principju mhuwiex logiku, ghall-finijiet tar-regolament retroattiv tal-kera xieraq mill-Board tal-Kera, li tigi kunsidrata bhala data tal-bidu tal-kirjadik ta' meta spicca t-terminu konvenzjonali originali u bdie ir-rilokazzjoni u mhux dik tal-kirja originali. Ghaldaqstnat, jekk il-kirja originali saret qabel l-ewwel ta' Ottubru 1944 ghal zmien li skada wara dik id-data, u mbaghad saret wara l-ewwel ta' Ottubru 1944, inkella minn meta saret it-talba ghall-fissazzjoni tal-kera xieraq, l-alternattiva tal-Board ghandha tiftiehem fis-sens tal-lingwagg komuni li bih wiehed jifhem li l-bidu tla-kirja huwa l-bidu tal-okkupazzjoni inizjali b'titolu ta'kera, jifgifieri meta l-kerrej jidhol fil-kera tal-post, u mhux ta' meta tigi "opelegis" imgeda l-kirja, ga ladarba fis-sentenza tla-Board ma jkunx hemm elementi ohra lim innhom jidher li l-bidu tal-kirja ghandu jiftiehem dak meta l -istess kirja giet imgedda bil-ligi. U ghalhekk, f'kaz simili, billi l-bidu tal-kirja kien qabel l-ewwel ta' Ottubru 1944, ma hemmx lok ghar-rifuzjoni tal-eccess ta'kera hlief mid-data tat-talba maghmula qudiem dak il-Board u l-alternattiva tal-Board tidher gustifikata, meta kien hemm incertezza tad-data tal-bidu u inizjali tat-tehid tal-post b'kera, billi din id-data ma tkunx issemmiet fil-process quddiem dak il-Board. Huwa dejjem deziderabbli li d-dispozittivtas-sentenza tal-Board ikun koncepit f'termini certi u univoci; u ghalhekk huwa ferm deziderabbli li qabel xejn issir indagini ezawrjenti fuq il-fatti rilevanti, biex ma jkunx hemm fid-dispozittiv tas-sentenza alternattivi li joholqu l-incertezza, jirrendu difficli l-ezekuzzjoni u jaghtu lok ghal kawza biex jigi mfisser dak id-dispozittiv. Decizjoni tal-Qorti, f'kaz simili, fis-sens li l-kera xieraq kif stabbilit mill-Board huwa retraottiv ghad-data meta bdiet ir-rilokazzjoni, hija decizjoni arbitrarja; li fil-kaz prezenti giet revokata mill-Qorti tal-Appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info