Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 344

Judgement Details


Date
30/05/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
JOHN LA ROSA NE. vs CARMELO GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPALT - ART. 1982(2) TAL-KODICI CIVILI - KORRISPONDENZA - KUNTRATT - MANDAT - RATIFIKA - SILENZJU TAL-PARTIJIET
Summary
Jekk wiehed jordna xoghol lil hadd iehor, u jallega li kien hemm ftehim li dak l-iehor kellu jithallas mill-War Damage Commission, am jistghax isostni dak il-ftehim billi juri illi xi kuntratturi ohraaccettaw xoghol b'patt simili, x-ghamlu kuntratturi ohra, u xi xtaq li jsir il-kommittent , ma jghodd xejn; dak li jghodd huwa l-ftehim li fil-fatt ikun sar bejn il-kommittent u l-appaltatur. Hu veruli l-mandant ma jirrispondix ghal dak li l-mandatarju jaghmel barra l-limiti tas-setghat li jkun tah il-mandant hlief fil-kaz li hu jkun irratifika l-ghemil tal-mandarju imma din ir-ratifika, barra milli espressa, tista' tkun antacita. U jekk f'korrispondenza likellu mal-appaltatur li mandant jiehuatteggjament ta' silenzju u tnazzjoni, u ma jfisserx lill-appaltatur li hu ma japprovax dak li ghamel f'ismu l-mandatarju, il-mandant jigi li rratifika tacitament l-operat tal-mandatarju. Ghax hu principju illi "qui tacet cum loqui potuit et debuit consentire videtur"; u ghalhekk, jekk il-mandantkien jaf, jew seta' jinduna u nduna; li l-mandatarju ecceda l-limiti tal-mandat, u hallih ikompliehu jezegwieh, allura jigi li rratifika l-operat tieghu. B'Mod illi, jekk il-mandatarju ftiehm mal-appaltatur f'isem il-mandant f'termini diversi minn dawk li ried il-mandant, u dan induna b'dan il-fattu ma tkellem xejn, u halla l-ftehim jigi ezegwit kif ghamlu l-mandatarju, huwa jigi li rratifika dak il-ftehim. Biss, ikun kompitu tal-Qorti li tiddecidi, fic-cirkustanzi tal-kaz, jekk kienx il-kaz li l-mandant kellu l-obligu li jitkellem, u jek is-silenzju tieghu jimportax dik ir-ratifika. U dan hu aktar u aktar il-kaz meta l-mandant accetta minn ghand l-appaltatur ix-xoghol fik ftihem dwaru l-mandatarju; u jekk il-mandatarju jkun ecceda l-mandat, il-mandant ma ghandux dritt jimmodifika l-kuntratt kif ikkonkjudieh il-mandatarju, imma ghandu jew jaccettah kollu jew jirrespingieh kollu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info