Reference: Volume 34A (1950), Part No. 1, Section , Page 293

Judgement Details


Date
11/12/1950
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
GIUSEPPE TABONE ET. vs URSOLA FARRUGIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 814 U 815 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI. - INTERESS - LOKAZZJONI - RITRATTAZZJONI - SULLOKAZZJONI - TERZI - ZGUMBRAMENT
Summary
Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa moghti mill-ligi fuq talba tal-partijiet li jkollhom interess. Din l-espressjoni "partijiet li jkollhom interess" ma tfisserx illi r-ritrattazzjoni tista' tigi mitluba minn "kull min ghandu interess", imma biss minn dawk in-nies li bejniethom tkun saret il-kontestazzjoni fl-ewwel gudizzju. Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa rimedju straordinarja li jidderoga ghall-principju ta' l-irrevokabilita' tal-gudikati, u ghalhekk ma jammettix interpretazzjoni estensiva;u la darba l-ligi tillimitah ghall-partijiet li jkollhom interess, ma ghandux jigi estiz ghal kull persuna ohra li jkollha dik l-interess. Il-kelma "partijiet" pero' ma tikkomprendix biss dawk li materjalment u personalment hadu sehem fil-gudizzju, imma anki dawk li jkunu ippartecipaw fil-gudizzju,imma anki dawk li jkunu ippartecipaw fil-gudizzju guridikament "per representationem". Is-sullokazzjoni, u differenza tac-cessjoni ta' drittijiet, tohloq kuntratt gdid ta' kiri, li ghalih sid il-keraprincipali huwa totalment estraneu u li huwa nettament distint mill-kuntratt originarju tal-kirja principali; u ghalhekk, quddiem sid il-kera, is-subinkwilin huwa terza persuna. Ghaldaqstant, f'kawzata' zgumbrament li ssir bejn sid il-kera u l-konduttur, is-subkonduttur mhux rapprezentat mill-konduttur u ma kellux parti fil-gudizzju. U ghalhekk, is-subkonduttur li jsib ruhu zgumbrat bis-sahha tas-sentenza li tigi moghtija f'dak il-gudizzju, li fih huwa ma kienx ha sehem, ma ghandux dritt jitlobir-ritrattazzjoni ta' dik il-kawza, avvolja fiha gie ordnat l-izgumbrament; salvi d-drittijiet kollha li jista' jkollu skond il-ligi biex jevita dak l-izgumbrament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info