Referenza: Volum 34A (1950), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 351

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/04/1950
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTONIO GRECH ET. vs EMMANUELE GRECH ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMINISTRAZZJONI - ART. 2262 TAL-KODICI CIVILI - AVVJAMENT - KONTIJIET - LIKWIDAZZJONI - PRESKRIZZJONI - SOLIDARJETA'
Fil-Qosor
Huwa veru li, kif dejjem irritenew it-Tribunal Taghna, qabel ma jsiru komandi ghad-divizjoni ta' wiehed jew uhud m ill-gid li jikkomponi assi ereditarja, ghandu jigi qabel xejn firmat u likwidat dak l-assi, u li bhala konsegwenza ta' dan mhux lecitu lil wiehed jew uhud mill-werrieta jiotlbu li jigurikonoxxuti bhalal kompartecipi ta' xi bicca minn dak il-gid jew ta' xi stabili jew avvjament kummercjali minn ta' dak il-gid, qabel ma jigi stabbilit f'hix jikkonsisti l-assi. Ghaldaqstant lanqas huwa lecitu li jigi mitlub rendikont ta' avvjament li jifforma parti minn assi .....bhala domanda preordinata ghad-divizjoni u konsegwiment tal-profitti li talvolta saru minn dak l-avvjament. Imma dan il-principju mahux applikabili appuntu meta dik il-likwidazzjoni u divizjoni jkunu saru, jew meta r-rendikont jigi mitlub in riferenza ghal xi wiehed jew bicca mill-gid ereditarju li dwaru l-amministratur ikun assuma l-obligu ta' l-amministrazzjoni bi ftehim espress; ghax f'dan l-ahhar imsemmi kaz l-azzjoni ghar-rendiment tal-kontijiet tohrog "ex contractu". Min jassumi l-amministrazzjoni ta' avvjament kummercjali jassumi obligazzjoni ta' natura kummercjali; u hekk l-obligu jigi assunt minn tnejnmin-nies, l-obligu taghhom ghar-rendiment tal-kontijiet huwa solidali. L-azzjoni ghar-rendiment tal-kontijiet tippreskrivi ruhha fiz-zmien ta' hames snin; imma jekk l-amministratur imut, il-preskrizzjoni hija ta' sena mill-mewt ta' l-amministratur li miet. Jekk imbaghad l-amministraturi jkunu tnejn,u wiehed minnhom imut, il-preskrizzjoni ta' l-azzjoni kontra l-werrieta ta' l-amministratur il-mejjet tigi rikotta ghal sena, mentri kontra l-amministratur il-haj tibqa' ta' hames snin; u dan avvoljal-obligazzjoni ta' bejn iz-zewg amministraturi kienet solidali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni