Reference: Volume 34C (1952), Part No. 2, Section , Page 502

Judgement Details


Date
13/10/1952
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
VINCENZO APAP vs COSTANTINO MICALLEF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARBITRAGG - ART. 576(1) TAL-PROCEDURA CIVILI - DOKUMENTI - LOKAZZJONI D'OPERA - NOMINA TA' PERITI - NULLITA' - PROVI - XHIEDA
Summary
Il-prova, fejn u sakemm huwa possibili, u salvi il-kazi specjalment kontemplati espressament fil-ligi, ghandha ssir fl-udjenza u "viva voce'. Lanqas ma hija permessa l-prova b'affidavit meta l-persunali tkun ghamlitu tista' tinstama' bhala xhud bil-mezzi ordinarji stabbiliti mill-ligi. Kif lanqas jista' xhud jixhed b'riferenza ghall-kontenut ta' nota miktuba u preventivament preparata. Ghaldaqstant mhux ammissibili bhala prova dokument li juri l-opinjoni ta' persuna li tista' tidher bhala xhudfil-kawza; u jekk id-dokument jigi ezibit, ghandu jigi sfilzat. Jekk l-ezekuzzjoni ta' opra tigi moghtija u accettata bil-kondizzjoni li l-opra, meta tkun lesta, ghandha tigi approvata minn terza persuna, fizika jew morali, bhala arbitru, il-partijiet ghandhom joqoghdu ghall-gudizzju ta' l-arbittruhekk maghzul minnhom u hadd minnhom ma jista' jissindaka l-gudizzju ta' dak l-arbitru ghar-raguni ta' supposta mera imperizja jew inkompetenza ta' l-arbitru, u ma hemmx lok ghan-nomina ta' periti biexjissindakaw dak il-gudizzju; u dan avvolja til-ftehim ma jkunx intqal espressament li l-gudizzju ta' l-arbitru ghandu jkun insindakabili. Ghaldaqstant, dokument bhal daik fuq imsemmi, jekk jigi ezibit, ghandu jigi sfilzat anki ghar-raguni li ma hux ammissibili bhala prova li hemm lok ghan-nomina ta' periti biex jikkritikaw il-gudizzju ta' l-arbitru. Imma jekk il-gudizzju ta' l-arbitru jigi attakkat bhala li kien l-effett ta' zball jew ta' qerq, jew negligenza minhabba qerq tal-parti li kellha tezegwixxi l-opra, jew ghal xi raguni ohra li hija sufficjenti ghar-rexissjoni ta' kuntratt, allura dak il-gudizzju jista' jigi mpunjat; u dan anki b'eccezzjoni; ghax tkun qieghda tigi allegata n-nullita' tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info