Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 498

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/07/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
PAOLO BARTOLO vs GIUSEPPE GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 440 TAL- KAP. 23 - ILMA - SERVITU' TA' STILLICIDJU
Fil-Qosor
IL-fond li jinsab f'livell aktar baxx minn fond iehor hwa suggett li jilqa' l-ilmijiet u hwejjeg ohra li mill-fond sperjuri jnixxu jew jaqghu wehedhom fih minghajr il-fatt tal-bniedem; u sid dak il-fond ma jistax jaghmel ebda haga li tista' zzomm dik it-tnixxija jew twaqqiegh; fil-waqt li sid il-fond superjuri ma jsita' jaghmel ebda haga l i tirrendi izjed gravuza dik is-servitu'. U ghalhekk sidil-fond superjuri, anki jekk ma jkunx hemm mnejn l-ilma mill-fond tieghu jmur fil-fond inferjuri, jista' dejjem jigi awtorizzat li jagmel xi haga biex l-ilma mill-fond tieghu jaqa' hekk maturalment fil-fond inferjuri. Imma dejjem irid ikun ilma li jaqa' naturalment minghajr il-fatt tal-bniedem, u dejjem huwa vjetat lil sid il-fond superjuri li jaghmel hwejjeg li jirrendu aktar gravuza dik is-servitu'. Ghaldaqstant is-sid ta' fond li ghandu dritt jirriversa l-ilma tax-xita ghal go fond iehor, majistax jippretendi li flimkien ma' dak l-ilma jirriversa wkoll ilma tas-sapun mill-bitha tieghu u hwejjeg ohra li huma prokurati mill-fatt tal-bniedem.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni