Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 570

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/11/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
GIUSEPPE CAUCHI vs GIO. MARIA CAUCHI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMINISTRAZZJONI - APPROVAZZJONI - ART. 394(1) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI. - GURAMENT - INVENTARJU - RENDIMENT TA' KONTIJIET - TUTELA
Fil-Qosor
Meta amministratur jigi kundannat b'sentenza biex jirrendi l-kontijiet ta' l-amministrazzjoni tieghufi zmien li jigi lilu prefess fis-sentenza, u huwa jonqos li jipprezenta dawk il-kontijiet f'dak iz-zmien, il-parti li kellha tircievi l-kontijiet ghandha dritt taghmel kawza lill-amministratur biexjigu approvati l-kontijiet litkun ghamlet hija stess fin-nuqqas ta' l-amministratur milli jottemperaghal dik is-sentenza. Dik il-parti ghandha dritt tezercita azzjoni simili, u mhux semplicement id-dritt li tipprova bil-gurament il-korrettezza ta' l-ammont li jirrizulta kontra l-amministratur mill-kontijiet li tkun ghamlet hija stess. Ghax il-ligi, meta taghti lil dik il-parti d-dritt li tispecifika mqasbil-gurament l-ammont li ghandu jinghata lilha, ma teskludix mezzi ohra ta' prova aktar regolari ghall-ahjar determinazzjoni ta' l-ammont dovut minn min ghandu jirrendi l-kontijiet; u l-gurament jinghata biss fil-kaz ta' impossibilita' ta' provi ohra. Jekk il-persuna li tezercita azzjoni simili tkun xi hadd li kien suggett ghal tutela, u allura l-azzjoni tigi ezercitata kontra dak li kienit-tutur taghha, ma jistax jinghad li l-azzjoni hija ezercitata hazin ghax tku qieghda timpunja l-inventarju li jkun ghamel it-tutur fl-okkazjoni tat-tutela minghajr ma hemm domanda espressa ghal dikl-impunjazzjoni. Ghax l-inventarju huwa att unilaterali, u jikkostitwixxi prova biss kontra l-persuna li tkun ghamlitu. B'mod ili ma jippregudikax l-interessi tal-persuni li l-ligi trid tipprotegi bih; u l-prova tal-konsistenza u l-valur ta' l-oggetti li ma jkunux gew inventarjati tista' ssir bi kwalunkwe mod u xorta ta' prova, specjalment per mezz ta' testimonji u b'notorjeta'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni