Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 561

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/11/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
LEONARDO FENECH vs LORENZO AZZOPARDI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1101(1) U 1106(2) TAL-KODICI CIVILI. - ATT TA' KONVENJU - DEKADENZA - FORZA MAGGURI - INTERRUZZJONI - KONDIZZJONI - PRESKRIZZJONI - PROMESSA TA' ENFITEWSI - TERMINU
Fil-Qosor
Jekk isir att ta' kovenju fejn il-pormittent jobliga ruhu li f'terminu stabbilit jaghti bicca art b'enfitewsi, l-accettant mhux obligat jersaq ghall-kuntratt definitiv jekk il-promittent, meta jaghlaqiz-zmien miftiehem, ma jkunx fil-pozizzjoni li jittrasferixxi lill-accettant l-art kollha. Xejn majiswa lill-promittent li in segwitu huwa jirregolarizza l-pozizzjoni tieghu billi jakkwista l-art lima kellux u b'hekk jigi li jista' jittrasferixxi l-art kollha, ghax bid-dedorrenza inutili taz-zmien stipulat jispiccaw l-effetti kollha tal-konvenju, u kull parti takkwista dik il-liberta' li kellhaqabel. Ghax iz-zmien f'dan il-kaz huwa wiehed mill-kondizzjonijiet tla-ftehim; u meta dak iz-zmienjghaddi, u ma jsir xejn, il-kondizzjoni ghandha titqies li ma sehhitx, u l-obligazzjoni dipendenti minnha bhal kieku qatt ma kienet. Lanqas jiswa lill-promittent il-fatt li huwa jkun ipprezenta c-citazzjoni biex igieghel lill-accettant jersaq ghall-kuntratt definitiv qabel l-iskadenza taz-zmien; ghax hawn si tratta ta' terminu konvenzjonali tal-preskrizzjoni. Lanqas jiswa lill-promittent il-fatt li l-gurnata li fiha seta' jakkwista l-art li kien jonqsu ma kienetx tiddependi minnu, imma minn haddiehor, li fuqu huwa ma kellux kontroll; ghaliex anki kieku dan il-fatt seta' jitqies bhala forza magguri, huwa qatt ma seta' jibbenefika minnu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni