Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 528

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/10/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
RITA CHARKER vs CHARLES BRINCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1360 U 1967 (2) TAL-KODICI CIVILI, U ART. 784 (A) TAL-KODICI TLA-PROCEDURA CIVILI - DOMICILJU - ILLEGITTIMA' TAL-PERSUNA - KERA ECCESSIV - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - LOKAZZJONI - MANDAT - MARA - MARRIED WOMEN'S PROPERTY ACT, 1882 - RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA - RIFUZJONI - SEPERAZZJONI PERSONALI - ZWIEG
Fil-Qosor
Il-mara ghandha l-istess domicilju ta' zewgha, anki fil-daz li hija tkun separata minnu legalment. L-effetti civili taz-zwieg huma regolati mil-ligi tad-domicilju. Iz-zwieg igib "ipso jure" l-komunjoni ta' l-akkwisti bejn il-mizzewgin fil-kaw li z-zwieg ikun sar f'dawn il-Gzejjer bejn Maltin, u fil-kaz li jkun sar anki bejn persuni li ma humiex Maltin imma li jkunu domiciljati f'dawn il-Gzejjer. F'kull kaz iehor il-prezuzjoni legali tal-komunjoni ta' l-akwisti ma titwieledx "ipso jure", jekk matkunx giet stipulata espressament. Fin-nuqqas ta' kitba taz-zwieg, l-effetti civili taz-zwieg rigward il- proprjeta' bejn il-mizzewgin ghandhom jigu regolati mil-ligi imperanti fil-lok tad-domicilju matrimonjali. Ghaldaqstant, jekk mara hija mizzewga ma' ragel domiciljat fl-Ingilterra, l-effetti civili taz-zwieg taghha, rigward il-proprjeta' huma regolati mil-"Married Women's Property Act, 1882".U ghalhekk, jek dik il-mara tikri fond b'kera eccessiv, l-azzjoni ghar-rifuzjoni tal-kera zejjed lihija tkun hallset tmiss lilha u mhux lil Zewgha. Din l-azzjoni tmiss lill-mara, u mhux lir-ragel, anki skond il-Ligi Mlatija, jekk il-haga tkun dovuta lilha wara s-separazzjoni personali li fiha kellutort ir-ragel. Skond il-Ligi Ingliza, il-mara ma ghandhiex bzonn il-kunsens jew l-assistenza tar-ragel taghha biex tagixxi; u skond il-Ligi Maltija, hija tista' tagixxi wehedha mhux biss meta zewghajkun imsiefer, imma anki meta hija legalment separata minnu. Min huwa nkarikat biex jiehu hsieb tal-proprjeta' ta' perasuna msiefra, u jdahhal il-kera ta' dik il-proprjeta, ghandu jigi kunsidrat bhalatintalab ir-rifuzjoni ta' kera eccessiv li hu jkun dahhal fl-isem tal-persuna msiefra, u huwa persuna legittima biex jikkontesta dik it-talba. Min ihallas kera izjed mill-kera gust ghandu, skond il-ligi, id-dritt ghar-rifuzjoni tal-kera li jkun hallas zejjed.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni