Reference: Volume 64C (1960), Part No. 1, Section , Page 411

Judgement Details


Date
10/10/1960
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
KAPTAN ANTHONY GRECH vs SALVATORE CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
HANUT - LOGHOB TA` L-AZZARD - LOKAZZJONI
Summary
IL-fatt li wiehed jippermetti li hanut tax-xorb mikri ghandu jigi wzat ghal skop illecitu, bhal ma huwa l-loghob tal-azzard, jikkostitwixxi motix ghax-xoljiment tal-lokazzjoni ta' dak il-hanut minhabba li l-inkwilin ikun naqas milli josserva l-obligazzjonijiet tieghu ta' kerrej, billi jkun ghamel mill-hanut uzu mhux konformi ghad-destinazzjoni tieghu. Ma jiswa xejn lill-inkwilin il-fatt illi tkungiet konvenuta penali ghall-kaz li hu jitlef is-supplika tal-hanut tax-xorb; ghaliex ftehim simili ma jissostitwix id-drittijiet tal-lokatur ghan-nuqqas da parti tal-inwilin fl-ezekuzzjoni tal-obligazzjonijiet tieghu skond il-ligi bhala kerrej. Hu veru li biex jinghata mill-Qorti x-xoljiment ta' lokazzjoni jehtieg illi t-trasgressjoni da parti tal-kerrej tkun ta' certa gravita' u anki ta' certa frekwenza; imma l-loghob tal-azzard f'hanut tax-xorb, aktar u aktar meta jkun frekwenti, huwa abbuz serju u gravi bizzejjed biex jiggustifika l-Qorti li xxoji l-lokazzjoni. Hu veru illi meta jiskadi t-terminu konvenzjonali tal-lokazzjoni, u din tigi mgedda tacitament minn sena ghal ohra, issir kull darba lokazzjoni gdida; imma t-tigdid, li jkompli jsir minn sena ghal ohra mhux hlief kontinwazzjoni tal-lokazzjoni originali; u ghalhekk, ghall-finijiet tax-xoljiment tal-lokazzjoni ghandhom jittiehduin konsiderazzjoni mhux it-trasgressjonijiet li jkunu saru fl-ahhar sena tal-lokazzjoni li tkun korrenti, imma wkoll dawk li jkunu saru mill-bidu tal-lokazzjoni sa meta ssir it-talba tal-lokatur ghax-xoljiment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info