Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 710

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/06/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARMELO CAMILLERI vs ANTONIO CHIRCOP
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 7(1) TA' L-ORDINANZA XVI TA' L-1944 - CESSJONI TA' INKWILINT - LOKAZZJONI - RIGAL - SULLOKAZZJONI
Fil-Qosor
Il-Ligi tal-Kera tas-sena 1944 tiddisponi li hadd ma ghandu jitlob jew jilqa', bhala kondizzjoni tal-ghoti, tigdid jew issuktar ta' kirja ta' xi dar, hlas ta' xi regal jew xi flus ora bhal dan, jew l-ghoti ta' xi haga li tkun minbarra l-kera; meta jsir xi hlas bhal dan; jew tinghata haga, wara li dik il-ligi kellha tibda ssehh, min ikun ghamel il-hlas jew ta l-haga, jew il-werrieta tieghu; ikunu jistghu jitolbu sabiex jiehdu lura dawk il-flejjes jew is-siwi ta' dik il-haga. Din id-dispozizzjonitikkontempla tliet kazi, jigifieri l-koncessjoni, ir-renova u l-kontinwazzjoni ta' kirja, u tezigi li r-rigal jinghata bhala kondizzjoni ta' wiehed minn dawk il-kazi, u in aggunta ghall-kera. Din id-dispozizzjoni hija ta' natura penali u odjuza, u ghalhekk mhix permessa l-interpretazzjoni analogika;u dik l-interpretazzjoni ghandha tkun restrittiva. Il-fatt li wiehed jirrinunzja ghall-inkwilinat minghajr ma jaghmel sullokazzjoni ma jidholx taht ebda wiehed minn dawk it-tliet kazi; u ghalhekk humhux obligat irodd il-flus li jkun ircieva fl-okkazjoni tar-rinunzja minnu maghmula ghall-lokazzjonili kellu. Cessjoni tal-inkwilinat, meta ssir bla kitba, hija guridikament inezistenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni