Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 937

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/01/1955
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ONOR. MABEL STRICKLAND PR. ET. NE. vs PERIT DOMINIC MINTOFF NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"FAIR COMMENT" - "PLEA OF JUSTIFICATION" - "STATEMENT OF FACTS" - BWONA FEDE - CITAZZJONI - GURNAL - KORREZZJONI - LIBELL - LIBERTA` TA` L-ISTAMPA - VERITA' TAL-FATTI
Fil-Qosor
Digriet tal-Qorti tal-Magistrati li jkun ammetta l-korrezzjoni tac-citazzjoni fl-ewwel istanza, ankif'materja ta' ingurja bl-istampa, ma hux censurabbli, billi jigi allegat li dik il-korrezzjoni kienet timporta estensjoni ta' l-imputazzjoni b'zieda ta' kliem ohra li l-kwerelant ikun jallega li jingurjawh. Provvidiment simili hu konformi mal-gurisprudenza stabbilita in materja. Kliem li jammonta ghal apprezzament tal-kontenut ta' artikolu publikat f'gurnal huwa "commenta'; kliem li fih l-imputazzjoni hija assetira bhala fatt hija "statement of fact", u mhux "comment". Id-difiza tal-"fair comment"; tipporbwita, bhal rekwizit essenzjali taghha, li l-fatt kommentatr ikun veru. Jekk il-fatt li fuqu hu bazat il-komment ma jezistix, il-komment ma jistax ikun "fair"; b'mod li dik id-difiza ma tirnexxix jekk il-kwerelat ma jirnexxilux jipprova l-verita' tal-fatti minnu kommentati. Anki jekk il-kwerrelat ikun haseb in bwona fede li l-gatti minnu kommentati kienu veri, id-difiza tal-"fair comment" taqa' l-istess. Kif lanqas ma hija rilevanti, f'materja ta' libell, l-intenzjoni tal-welat, jekkil-kliem minnu publikat hu libelluz, ghax jingurja lill-kwerelat, jekk il-kliem minnu publikat hu libelluz, ghax jingurja lill-kwerelant. Meta ingurja tolqot korp kollettiv kompost minn diversi persuni, jekk in-numru ta' nies ta' dawn il-persuni jkun limitat, allura kull wahd atista' tfittex, ghaxkull wahda tkun identifikabbli. F'kaz ta' ingurja diretta lill-gurnal, ghalhekk, tolqot ukoll lill-proprjetarju u ill-editur ta' dak il-gurnal personalment. Huwa veru li gurnalista ghandu jkollu certa latitudini li jikkritika u jikkommenta fuq materji ta' interess publiku, imma ma ghandux liberta'akbar, f-materja ta' libell, minn dik li ghandu cittadin privat. U anki jekk il-gudikant jiehu in konsiderazzjoni l-latitudini permessa lill-artikoli politic, jibqa' dejjem li l-liberta' ta' l-istampa ghandha tkun ristraetta fil-limiti tal-verita' u tal-kritika gusta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni