Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 668

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/05/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARMELA DEBONO vs SALVATORE DEBONO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 60 TAL-KAP. 70 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - INTERESS - INTERNI - KUMMISSARJU TAT-TAXXI INTERNI - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - SERVIGI - TAXXA TAS-SUCCESSJONI
Fil-Qosor
Skond il-ligi, fil-likwidazzjoni tal-valur tal-assi, ghall-finijiet tat-taxxa fuq l-assi, huma deducibbli, fost sommom ohra, id-djun certi u likwidi, li gejjin minn skrittura privata jew minn dokumenti ohra li wiehed jista` joqghod fuqhom, kemm il-darba dawn id-djun jigi mghoddija mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni, jew jigu maghrufin b'sentenza moghtija f'kawza bejn il-partijiet interessati u fil-kontestazzjoni mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Din id-dispozizzjoni ghandha tigi nterpretat fis-sens illi d-djun, biex ikunu hekk deducibbli, ghandhom ikunu certi u likwidi meta tinfetah is-successjoni, u mhux jigu accertati u jsiru likwidi waral i tkun infethet is-successjoni. Ghaldaqstant, f'kawza li ssir kontra le-erdi ghall-likwidazzjoni u hlas ta` servigi pretizi prestati lid-decujus, il-Kummissajru tat-Taxxi Interni ma ghandux interess lijkun parti; ujekk jigi mharrek, ghandu jigi liberat mill-osservanza tal-gudizzju. Ghax, ikun x'ikun l-ezitu ta` dik il-kawza, ebda influwenza majista` jkollu fuq il-passiv tal-assi ta` dak id-decujus, billi ma jkunx jkollu fuq il-passiv tal-assi ta` dak id-decujus, billi ma jkunx deducibbli l-ammont li talvolta jigi likwidat bi hlas tas-servigi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni