Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 699

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/06/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
CARMELO BARBARA vs EMMANUELE SCHEMBRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART.1024 U 1019 TAL-KODICI CIVILI - IMPUNJAZZJONI - KUNTRATT - NULLITA' - QERQ - ZBALL
Fil-Qosor
L-ghemil doluz huwa motiv ta' nullita' tal-ftehim jekk l-ingann maghmul minn wahda mill-partijiet ikun tali illi minghajru l-parti l-ohra ma kienetx tikkuntratta. Dan ifisser illi r-raggiri adoperatighandhom ikunu mhux biss frawdolenti, kapaci li jaghtu lill-parti l-ohra tifhem haga minflok ohra, imma jridu jkunu gravi u determinati: b'mod illi dik il-parti li tkun sofriet dawk ir-raggiri ma kienetx tasal ghal dak il-ftehim kieku ma kienux dawk ir-raggiri. L-ghemil doluz ma jistax jigi prezunt,imma jrid jigi pruvat; u l-onore tal-prova jinkombi lil min jallega l-qerq. L-izball ma jgibx ghan-nullita' tal-kuntratt hlief meta jaqa' fuq is-sustanza, innfisha tal-haga li tkun l-oggett tal-kuntratt. Il- kriterju li bih ghandha tkun interpretata l-kelma "sustanza" hu interament soggettiv fis-sens li l-interpreti ghandu jhares lejn il-mod kif il-kwalita' tal-haga, oggett tal-izball, tkun gietvalutata mill-parti li tkun waqghet fl-izball. U anki hawn il-prova relattiva tinkombi lil min jallega l-izball. U f'kaz ta' dubju, dan ghandu jmur favur il-parti l-ohra, in vista tal-prezunzjoni tal-istabbilita' tal-kuntratti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni