Reference: Volume 39C (1955), Part No. 2, Section , Page 646

Judgement Details


Date
07/05/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
EMMANUELE FALZON vs AVUKAT DR JOSEPH A. MICALLEF ET.NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"JUS RETENTIONIS" - ART. 587 U 561 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - RIZOLUZZJONI
Summary
Ir-rizoluzzjoni ta' bejgh iggib maghha li l-kontraenti ghandhom jigu mqegheda fil-pozizzjoni anterjuri ghall-kuntratt, u ghandhom jirrestitwixxu lil xulxin dak kollu li jkunu rcevew bis-sahha u in konsegwenza tal-bejgh. Dik ir-rizoluzzjoni ghandha effett retreattiv, u kull parti ghandha tigi restitwita "in pristinum". Dan ir-rifless huwa necessarjament applikabbli anki ghall-venditur; u ghalhekk ix-xerrej ghandu jirrestitwixxi lill-venditur il-haga li jkun xtara minn ghandu. Jekk l-oggett tal-vendita (fil-kaz kien jittratta minn karrozza li l-bejgh taghha gie rezolut ghax ix-xerrej ma kompliexihallas il-prezz taghha skond il-ftehim) ikun gie mix-xerrej konsenjat lil terza persuna biex taghmel fih xi tiswijiet, dik it-terza persuna ma tistax tinvoka l-"Jus Retentionis", u tirrifjuta li tirrestitwixxi lill-venditur dak l-oggett qabel ma tkun thallset tal-ispejjez ta' dawk it-tiswijiet u tal-ispejjez li tkun ghamlet biex tikkanonizza l-kreditu taghha ghal dawk it-tiswijiet. Ghax il-"jusretentionis" jippresupponi pussess veru u proprju fis-sens legali, jigifieri l-pussess ta' min ikunizomm il-haga bhala tieghu nnifsu, u mhux f'isem min tahielu u bidl-fehma li jroddha lil min tahielu. Il-gurisprudenza l-aktar recenti tal-Qorti Taghna tapplika dan id-dritt ta' retenzjoni ghall-kaz biss ta' pussess fis-sens legali. Barra minn dan, il-"Jus Retentionis" jopera biss fir-relazzjoni bejn il-kreditur u d-debitur, u mhux fil-konfront tat-terzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info